
57 sewwieq żgħażagħ, minn 8 snin sa 25 sena, ġew approvati mill-Malta Motorsport Federation (MMF) għall-ewwel fażi tal-Programm ta ’Taħriġ tas-Sewwieqa Żgħażagħ tal-FIA flimkien mal-MMF li beda mit-Tnejn 6 ta’ Lulju.
Mill-inqas 4 tfajliet irreġistraw l-interess tagħhom li jipparteċipaw fil-programm, flimkien ma’ 10 parteċipanti oħra mingħajr l-ebda esperjenza preċedenti tal-motorsport, u aktar minn 35 parteċipant taħt l-età ta’ 16-il sena.
Il-programm se jitwassal mit-tim ta’ esperti approvat mill-FIA, fosthom l-eks xufier u espert tal-media fil-motorsport Khalil Beschir, li se jkun qed imexxi l-programm kif ukoll kowċis u trejners tal-Formula 1, Martin Poole u Simon Fitchett, li huwa wkoll Mind Performance Coach
Il-parteċipanti se jkunu qed jirċievu taħriġ fuq numru ta’ oqsma li jinkludu saħħa, nutrizzjoni, midja, sponsorizzazzjoni u żvilupp tal-karriera. L-esperti se jkunu qed iwettqu analiżi dettaljata tal-prestazzjoni ta’ kull parteċipant fl-aspetti kollha tal-programm, sabiex itejbu l-ħiliet tas-sewqan tat-tiġrijiet tagħhom li se tkun fit-tieni fażi 2, li se ssir f’Settembru fil-korsa tal-karting tal-Island Karting Club f’Ħal Far.
Il-parteċipant li se jispicca bħal Top Performer minn dan il-programm se jingħata training camp b’xejn ta’ ġimgħa ma’ wieħed mit-timijiet internazzjonali tal-motorsport ewlenin fil-karting jew fil-formula 4. Il-parteċipanti iridu jimpressjonaw u juru impenn sħiħ lejn l-esperti tal-FIA mhux biss bil-ħiliet ta’ sewqan tagħhom iżda wkoll l-attitudni professjonali tagħhom għall-aspetti kollha tal-programm biex ikollhom cans li jirbhu dan il-premju prestiguz.
Tonio Cini, il-President tal-MMF ikkummenta li n-numru kbir ħafna ta’ parteċipanti rreġistrati f’dan il-programm jixhed l-interess kbir li hemm fil-Motorsport f’Malta. Dan il-programm ta’ taħriġ huwa konformi mal-istrateġija stabbilita mill-Federazzjoni u jikkumplimenta l-attenzjoni tagħna fuq it-tfittxija għal sewwieqa potenzjali li huma ħerqana li jtejbu l-ħiliet tagħhom.
Khalil Beschir stqarr li it-team tiegħu huma ħerqa biex jibda l-programm uffiċjali ta’ taħriġ għas-sewwieqa żgħażagħ f’Malta.
Susanne Fenech, is-Segretarju Ġenerali tal-MMF iddikjarat li hija partikolarment kuntenta li dan il-proġett finalment sar realtà wara bosta xhur ta’ preparazzjoni u wara li kellu jittardja minħabba il-pandemija tal-COVID-19.
Hija grata ħafna li l-FIA ddeċidiet li tibda il-programm billi approvat l-ewwel fażi onlajn.