Motorsport
Motorsport: Adrian Figallo se jiġġudika l-erba’ rawnds tal-Kampjonat Taljan tad-Drifting ta’ din is-sena

Adrian Figallo, uffiċjal tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport ser jiġġudika l-erba ‘rawnds tal-Kampjonat Taljan tad-Drifting ta din is-sena.

Il-Kampjonat Taljan tad-Drifting 2020 tnieda x-xahar li għadda f’Parma. Din l-edizzjoni se tkun ferm aħjar u akbar mis-snin preċedenti grazzi għal aktar appoġġ minn ACI Sport u il-Federazzjoni Internazzjonali ta l-Awtomobilismu. Bħal fl-edizzjoni tal-2019, l Malti Adrian Figallo se jkun qed jiġġudika l-erba ‘rawnds ta’ dan il-kampjonat.

Flimkien ma Figallo ser jkun hemm Davide Busi, Niccolò Rosso u Andrew Sapino, kollha uċuħ magħrufa fid-drifting Taljan. Davide Busi spiċċa l-ewwel fil-kampjonat tal-2016 u kien parti mill-ġurija fil-kampjonat tal-2019. Niccolò Rosso dam għal diversi snin fis-serje King of Europe. Andrew Sapino minbarra l-kompetizzjonijiet passati tiegħu kien ukoll imħallef fl-edizzjoni tal-2016 u, u Figallo kien fost il-ġurija is-sena li-għaddiet.

Il-kalendarju tal-2020 jinkludi erba ‘tiġrijiet li se jsiru fit-trakka ta’ Modena u dik ta’ Adria fit-2 u t-3 ta ‘Mejju, 20 u 21 ta’ Ġunju, 12 u 13 ta ‘Settembru u 17 u 18 ta’ Ottubru.

Bħal fl-edizzjonijiet preċedenti, il-Kampjonat Taljan tas-Drifting se jkollu tliet kategoriji, Street Open, PRO 2 u PRO.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Jonathan Rea rebaħ it-tappa tal-kampjonat mondjali tas-Superbikes li saret Moorland Aragon biex estenda l-vantaġġ tiegħu fil-klassifika overall. Rea telaq mit-tieni post u nqabeż fl-ewwel dawra minn Scott Redding b’Michael Rinaldi…

Is-sewwieq tal-karting Gianluca Dingli irritorna minn Lonato fejn il-Ħadd li għadda kkompeta fit-tielet rawnd tal-kampjonat Rok Cup Italia. Dingli kkompeta fil-klassi Super Rok li kienet tikkonsisti minn 14 il-sewwieq minn…

Il-Ġappuniż Takuma Sato rebaħ l-Indianapolis 500 għat-tieni darba f’temp t’erba’ snin, biss din id-darba temm it-tellieqa taħt superviżjoni wara li kien hemm ħabta. Matul it-tellieqa Sato kellu taqtiegħa kontinwa ma’…

Indycar 500: Id-darbtejn Champion tad-Dinja tal-Formula 1 l-Ispanjol Fernando Alonso għada se jerġa’ jipprova jirbaħ il-tellieqa Indianapolis 500 fit-tielet tentattiv tiegħu. Jekk Alonso jirnexxielu jirbaħ l-Indy 500 għada, hu jsir…

Aktar