Motorsport
Motorsport: Attività kbira mid-dilettanti tal-karozzi għall-benefiċenza

Fil-31 ta Marzu ġewwa t-trakka tal-kwart ta’ mil f’Hal Far, għal darb’oħra ser jitaqgħu d-dilettanti tal-karozzi b’għan nobli. Din id-darba se tkun bil-għan li jinġabru fondi għaċ-Ċentru tal-Awtiżmu Malti li hemm fil-Mosta.

L-attività qed tiġi organizzata minn Mario Mifsud, promotur tal-motorsport għal-diversi snin.

L-attività hi miftuħa kemm għall-klabbs tal-karozzi, kompettitivi u sportivi, u kemm għal dawk li jtellgħu biss wirjiet statiċi, kif ukoll għal individwi li huma dilettanti pero m’humiex membri ta’ klabb.

Apparti wirjiet statiċi, Go Karts, Drifting, wirjiet ta saħħa minn Tony Farrugia u Paul Grima magħruf bħalha Mr. Cool u għal-ewwel darba ġewwa Malta, Burnout Competition li ser tkun sponsorjata minn Fueltech.

Is-sewwieqa tal-assoċjazzjoni Maltija tad-Drifting, u tal-Land Rover Owners Club Malta se jkunu qed joffru rikbiet fil-vetturi tagħhom biex wieħed ikun jista’ jesperjenza l-isport rispettivi.

L-attività se ssir kollha fit-trakka tal-kwart ta’ mil tal-assoċjazzjoni Maltija għad-Drag Racing ġewwa Ħal Far fil-31 ta Marzu bejn it-8.00am u l-4.00pm bil-ġbir kollu jmur għaċ-Ċentru tal-Awtiżmu fil-Mosta.

L-attività hi miftuħa għall-familja kollha u l-pubbliku qiegħed ikun imħeġġeġ jattendi.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

It-tim popolari ta’ Mr. Whippy jinsab f’Santa Pod permezz taż-żewġ sewwieqa tiegħu, Matthew Carabott u Monty Bugeja. It-tim vjaġġa għall-Ingilterra immedjatament wara t-tieni rawnd tal-Enemed Drag Racing Championship li seħħ…

Motorsport

Id-dilettanti tal-motorsport, b’mod speċjali dawk kollha dilettanti tal-Hillclimb huma preparati biex fi tmiem il-Ġimgħa jaqsmu lejn Għawdex biex isegwu it-tielet round tal-kampjonat Enemed Hillclimb Championship li qiegħed jiġi organizzat mill-Island…

Motorsport

Intemmet l-avventura tas-sewwieqa Maltin Rosello Cassar u Paul Fenech f’Santa Pod. Din kienet esperjenza sabiħa għaż-żewġ sewwieqa għalkemm forsi aktar ta’ suċċess għal Rosello Cassar. Cassar spiċċa mal-ewwel 16-il karozza…

Motorsport

L-ex champion tal-Formula 1, l-Ispanjol Fernando Alonso, ma kkwalifikax sabiex jieħu sehem fl-Indianapolis 500. Dan wara li fi tmiem il-ġimgħa Alonso bata biex jagħmilha mal-ewwel 33 sewwieq li ser jieħdu…

Aktar