Motorsport
Motorsport: Bejn il-Ħamis u l-Ħadd isir l-aħħar rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali Enemed

Bejn għada u l-Ħadd li ġej, il-Malta Drag Racing Association qed torganizza l-aħħar rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali Enemed Drag Racing, f’Hal Far Raceway.

Mhux inqas minn 137 karozza, dragsters, u muturi, minn Malta, l-Olanda, il-Ġermanja u r-Renju Unit se jkunu fl-azzjoni fil-klassijiet rispettivi tagħhom.

Il-lista tinkludi 3 sewwieqa tfal li ser isuqu l-Junior Dragsters.

Minbarra l-kompetizzjoni nnifisha, il-Malta Drag Racing Association qed torganizza wkoll spettaklu bin-Nitro Lord Jet Car; dragster li jaħdem b’magna ġett ta ajruplan.

Miktub minn...
TVM Sport