
Motorsport
Motorsport: Duncan Micallef jinħatar President ġdid tal-Federazzjoni Maltija
Duncan Micallef ġie elett President ġdid tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport.
Dan seħħ ilbieraħ hekk kif il-Federazzjoni Maltija għamlet il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha b ‘aġenda li kienet tinkludi l-elezzjonijiet ta’ tliet karigi fil-Kunsill Amministrattiv tal-istess Federazzjoni.
Micallef ħa tmun tal-Assoċjazzjoni wara 12-il sena ta’ tmexxija ta’ Tonio Cini.
William England inħatar Viċi President u Suzanne Fenech ġiet ikkonfermata Segretarju Ġenerali.
Oliver Attard ġie kkonfermat Assistent Segretarju Ġenerali u Rueben Galea ġie kkonfermat Teżoroer.