Motorsport
Motorsport: Duncan Micallef se jerġa’ jagħmel il-kampjonat kollu tal-FIA

Iċ-Champion renjanti Tat-Top Fuel Dragster, il-Malti Duncan Micallef, ikkonferma li se jkun qiegħed jerġa’ jagħmel il-kampjonat kollhu tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Awtomobilizmu (FIA).

Waqt l-attività, Micallef esebixxa l-erba’ trofej li rebaħ matul is-sena 2017, ġest li ntogħġob ħafna mill-isponsors tiegħu għax b’hekk kienu parti mis-suċċes kbir li agħmel Micallef.

Micallef spjega li mhix faċli għal xi ħadd Malti li mhux sewwieq professjonali jagħmel żewġ kampjonati wara xulxin, iżda bis-sapport illi sab mit-tim, l-isponsors kif ukoll is-sidien tal-karozza għamlu din id-deċiżjoni aktar faċli għalih.

Din l-aħbar niżlet tajjeb ukoll għal ħafna ammiraturi li jsegwu lil Duncan kemm Maltin kif ukoll barranin. L-isponsors li kellhu warajħ Duncan fl-2017 huma, Bajada New Energy, JP Portelli Projects, Total Mobile u Kamtech, kollha ikkonfermaw is-sapport tagħhom għas-sena 2018.

Dan ifisser li l-impenji internazzjonali ta’ Duncan se jibdew nhar is-27 sad-29 ta’ Mejju ġewwa Santa Pod fl-Ingilterra u jkomplu bejn is-17 u t-18 ta’ Ġunju fi Tierp Arena ġewwa l-Iżvezja, fl-1 u fit-tieni ta’ Lulju f’Alastaro ġewwa il-Fillandja, fid-19 u l-20 ta’ Awwissu f’Hockenheim il-Ġermanja, fis-26 u fis-27 ta’ Awwissu għal darboħra fi Tierp Arena ġewwa l-Izvezja u l-finali ġewwa Santa Pod fl-Ingilterra fid-9 u 10 ta’ Settembru. Apparti dawn is-sitt rounds Duncan għamel żewġ sessjonijiet ta’ taħriġ barra minn Malta.

L-ewwel apparenza għal Duncan bit-Top Fuel Dragster tiegħu għas-sena 2018 ser tkun fl-ewwel round tal-kampjonat Malti tal-kwart ta’ mil organizzat mill-Assocjazzjoni Maltija tad-Drag Racing ġewwa t-trakka tal-istess Assocjazzjoni f ‘Ħal Far fl-24 u il-25 ta Marzu.

Miktub minn...
TVM Sport