Motorsport
Motorsport: Elfyn Evans jirbaħ ir-rally tal-Portugall

Il-Brittaniku Elfyn Evans rebaħ ir-rally tal-Portugall filwaqt li Sebastien Ogier baqa’ jżomm l-ewwel post fil-klassifika ġenerali.

Evans fuq it-Toyota rebaħ tlieta mill-aħħar ħames stadji tal-Ħadd u b’hekk għeleb l-isfida tal-Ispanjol Dani Sordo tal-Hyundai. Evans spiċċa bi 28.3 sekondi vantaġġ fuq Sordo filwaqt li Ogier spiċċa r-rally tal-Portugall fit-tielet post.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA