Motorsport
Motorsport: Fi tmiem il-ġimgħa jsir it-tieni rawnd tal-kampjonat Enemed National Drag Racing

Bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd li ġej isir it-tieni rawnd tal-kampjonat Enemed National Drag Racing Championship, organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija għad-Drag Racing fit-trakka tal-kwart ta’ mil f’Ħal Far.

Wara s-suċċes tal-ewwel kwart ta’ mil u fuq trakka relattivament ġdida, in-numru ta’ parteċipanti se jkompli jiżdied u f’dan ir-rawnd ser naraw ukoll xi karozzi ġodda.

Apparti l-ispettaklu li ser jagħtu n-numru kbir ta karozzi, muturi u dragsters, din id-darba se jerġa’ jsir spettaklu mill-Jet Car ta’ Nitro Lord.

Il-bibien jiftħu għall-publiku bi spettaklu għal familja kollha fl-10.00am kemm il-Ġimgħa, kemm is-Sibt u kif ukoll il-Ħadd.

Miktub minn...
TVM Sport