Motorsport
Motorsport: Għada ssir il-finali tal-pursuit biex jinġabru fondi għall-Blue Light Foundation

Għadha s-Sibt 19 ta’ Jannar, il-Malta Drag Racing Association, bl-għajnuna ta’ diversi clubs oħra tal-karozzi, fosthom it-360 Motorsport, l-Island Car Club u l-Malta Classic se jorganizzaw il-finali tal-pursuit bil-għan li jinġabru fondi għall-Blue Light Foundation li hi mmexxija mill-kuntistabli Simon Schembri.

Għal din l-attività se jieħdu sehem aktar minn 60 karozza f’diversi klassijiet.

F’kull mument ta’ din l-attività jkun hemm żewġ vetturi, li jibdew u jispiċċaw minn postijiet differenti fuq l-istess ċirkwit.

Din l-attività qajmet interess kbir fost id-dilettanti għall-fatt li kien ilha ħafna żmien ma tiġi organizzata.

Il-pubbliku hu mistiden li jattendi biex isegwi din l-attività bejn id-9.00am u is-1.00pm fit-trakka tal-kwart ta’ mil f’Ħal Far.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Iċ-champion renjanti Marc Marquez rebaħ f’pajjiżu fil-Moto GP tal-Katalunja. Dan wara li fil-bidu tat-tellieqa, mat-tieni lap, diversi sewwieqa spiċċaw mal-art b’Jorge Lorenzo jkun wieħed minnhom. Il-Franċiż Fabio Quartararo spiċċa t-tieni,…

Motorsport

Motorsport: L-ex Champion tad-Dinja tal-Formula 1 għal darbtejn Fernando Alonso rebaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena 2019 ta’ Le Mans 24. Flimkien mas-sewwieqa l-oħra tat-team fuq Toyota Kazuki Nakajima u Sebastien…

Motorsport

L-Amerikan Travis Pastrana qiegħed jittama li jkollu suċċess kbir meta għall-ewwel darba, in-Nitro World Games se jsiru barra l-Istati Uniti. Dan is-sewwieq, li fl-2017 niżżel ismu fl-istorja meta għamel backflip…

Motorsport

Kamui Kobayashi poġġa lit-Toyota fil-pole position proviżorju għat-tellieqa ta’ Les Mans. It-Toyota huma ċ-champions renjanti u allura jridu jiddefendu t-titlu li rebħu s-sena li għaddiet b’Alonso, Nakajima u Buemi. Il-Ġappuniż…

Aktar