Motorsport
Motorsport: Gianluca Dingli fis-sitt post fil-finali internazzjonali tar-Rok Cup

Suċċes ikbar mill-ieħor fix-xena internazzjonali għal Gianluca Dingli sewwieq Malti tal GoKarts u membru tal-Karting Club Malta. Din id-darba Dingli kien impenjat fil-finali Internazzjonali tar-Rok Cup għal din is-sena, li għal darb oħra seħħ ġewwa iċ-ċirkwit Taljan ta South Garda Karting u spiċċa fis-sitt post.

Dingli saq b’Kart tal-marka Tony Kart u mat-tim Taljan Zanchi Motorsport, b’magna u tyres ikunu Vortex u Bridgestone skont ir-regolamenti tal-kompetizzjoni.

Dingli beda jtejjeb il-pożizzjoni tiegħu mill-Ġimgħa meta ma naqasx illi jiggarantixxi pożizzjoni tajba fil-pole position, u b’hekk is-Sibt beda mis-seba’ post.

Għal darb oħra waqt il-finali Gianluca avvanza pożizzjoni oħra, u spiċċa fis-sitt post fost il-31 kompetitur ta’ livell internazzjonali.

Il-finali rat sewwieqa mill-Andorra, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, l-Iżrael, Monaco, l-Amerika, id-Danimarka, l-Awstralja, il-Messiku u oħrajn.

Dan ir-riżultat poġġa lil Gianluca Dingli fost l-aqwa għaxar sewwieqa tal-karts fid-dinja.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Jonathan Rea rebaħ it-tappa tal-kampjonat mondjali tas-Superbikes li saret Moorland Aragon biex estenda l-vantaġġ tiegħu fil-klassifika overall. Rea telaq mit-tieni post u nqabeż fl-ewwel dawra minn Scott Redding b’Michael Rinaldi…

Is-sewwieq tal-karting Gianluca Dingli irritorna minn Lonato fejn il-Ħadd li għadda kkompeta fit-tielet rawnd tal-kampjonat Rok Cup Italia. Dingli kkompeta fil-klassi Super Rok li kienet tikkonsisti minn 14 il-sewwieq minn…

Il-Ġappuniż Takuma Sato rebaħ l-Indianapolis 500 għat-tieni darba f’temp t’erba’ snin, biss din id-darba temm it-tellieqa taħt superviżjoni wara li kien hemm ħabta. Matul it-tellieqa Sato kellu taqtiegħa kontinwa ma’…

Indycar 500: Id-darbtejn Champion tad-Dinja tal-Formula 1 l-Ispanjol Fernando Alonso għada se jerġa’ jipprova jirbaħ il-tellieqa Indianapolis 500 fit-tielet tentattiv tiegħu. Jekk Alonso jirnexxielu jirbaħ l-Indy 500 għada, hu jsir…

Aktar