Motorsport
Motorsport: Gianluca Dingli jikkompeti fit-tielet rawnd tal-kampjonat Rok Cup Italia tal-karting

Is-sewwieq tal-karting Gianluca Dingli irritorna minn Lonato fejn il-Ħadd li għadda kkompeta fit-tielet rawnd tal-kampjonat Rok Cup Italia.

Dingli kkompeta fil-klassi Super Rok li kienet tikkonsisti minn 14 il-sewwieq minn pajjiżi differenti, l-Italja, l-Iżvizzera, Monaco, Andorra.

Dingli li kien l-unika Malti u saq mat-tim Taljan Valtex Racing Team.

Waqt il-provi Dingli spiċċa fit-12 il-post, filwaqt li aktar tard avvanza 4 postijiet u spiċċa fit-8 post.

Fl-ewwel tellieqa uffiċjali reġa’ avvanza erba’ postijiet oħra biex spiċċa fir-raba’ post.

Fl-aħħar tellieqa tal-ġurnata, Dingli fuq kart numru 308 tilef 3 postijiet u b’hekk spiċċa fis-7 post.

Fil-jiem li ġejjin Gianluca Dingli ser jkun qiegħed jirritorna ġewwa l-Italja għal-aktar taħriġ qabel jikkompeti fil-finali tal-karting għad-9 darba.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Jonathan Rea rebaħ it-tappa tal-kampjonat mondjali tas-Superbikes li saret Moorland Aragon biex estenda l-vantaġġ tiegħu fil-klassifika overall. Rea telaq mit-tieni post u nqabeż fl-ewwel dawra minn Scott Redding b’Michael Rinaldi…

Il-Ġappuniż Takuma Sato rebaħ l-Indianapolis 500 għat-tieni darba f’temp t’erba’ snin, biss din id-darba temm it-tellieqa taħt superviżjoni wara li kien hemm ħabta. Matul it-tellieqa Sato kellu taqtiegħa kontinwa ma’…

Indycar 500: Id-darbtejn Champion tad-Dinja tal-Formula 1 l-Ispanjol Fernando Alonso għada se jerġa’ jipprova jirbaħ il-tellieqa Indianapolis 500 fit-tielet tentattiv tiegħu. Jekk Alonso jirnexxielu jirbaħ l-Indy 500 għada, hu jsir…

Il-Malta Motorsport Federation (MMF) ħasset il-bzonn li tirrispondi għall-bzonnijiet tal-membri tal-Federazzjoni u l-komunità tal-motorsport. Il-Pandemija globali COVID-19 poġġiet sfidi eċċezzjonali fuq l-attivitajiet sportivi u l-ħajja ta’ dawk li jipprattikaw il-motorsport,…

Aktar