Motorsport
Motorsport: Gianluca Dingli jispiċċa fis-7 post fis-South Garda Karting

Gianluca Dingli, is-sewwieq Malti tal-karting u membru tal-Karting Club Malta spiċċa fis-7 post fil-finali tat-28 Trofew tal-ħarfia li sar f’South Garda Karting, f’Garda l-Italja.

Iċ-ċirkwit jagħmel parti mis-CIK FIA u din is-sena għalaq 30 sena minn meta inbena.

Dingli kkompeta fil-klassi magħrufa bħala Super Rok u beda fil-15 il-post.

Wara tellieqa stupenda fis-semi-finali, Dingli avvanza il-pożizzjoni tiegħu għat-8 post u spiċċa il-Finali tal-Kampjonat fis-7 post.

Dingli ikkompeta ma’ sewwieqa minn diversi pajjiżi, fosthom minn Andorra, America, Israel, China, Żvizzera, l-Italja u oħrajn.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Jonathan Rea rebaħ it-tappa tal-kampjonat mondjali tas-Superbikes li saret Moorland Aragon biex estenda l-vantaġġ tiegħu fil-klassifika overall. Rea telaq mit-tieni post u nqabeż fl-ewwel dawra minn Scott Redding b’Michael Rinaldi…

Is-sewwieq tal-karting Gianluca Dingli irritorna minn Lonato fejn il-Ħadd li għadda kkompeta fit-tielet rawnd tal-kampjonat Rok Cup Italia. Dingli kkompeta fil-klassi Super Rok li kienet tikkonsisti minn 14 il-sewwieq minn…

Il-Ġappuniż Takuma Sato rebaħ l-Indianapolis 500 għat-tieni darba f’temp t’erba’ snin, biss din id-darba temm it-tellieqa taħt superviżjoni wara li kien hemm ħabta. Matul it-tellieqa Sato kellu taqtiegħa kontinwa ma’…

Indycar 500: Id-darbtejn Champion tad-Dinja tal-Formula 1 l-Ispanjol Fernando Alonso għada se jerġa’ jipprova jirbaħ il-tellieqa Indianapolis 500 fit-tielet tentattiv tiegħu. Jekk Alonso jirnexxielu jirbaħ l-Indy 500 għada, hu jsir…

Aktar