Motorsport
Motorsport: Ikompli l-Kampjonat Nazzjonali Enemed Hillclimb

Nhar il-Ħadd 29 ta’ Settembru, l-Island Car Club organizza r-raba’ rawnd tal-kampjonat nazzjonali Enemed Hillclimb. Dan ir-rawnd sar fit-triq Dawret il-Mellieħa, magħrufa mad-dilettanti bħalha ‘Pennellu’. B’kollox ikkompetew 44 karozza f’diversi klassijiet u gruppi.

L-aħjar ħin tal-ġurnata kien dak ta’ 56.575 sekondi miksub minn Ivan Deidun fuq karozza bin-numru 548. Fabio Baldacchino, bil-karozza numru 7 segwa lil Deidun b’distakk minimu u ħin ta’ 56.797 sekondi. It-tielet l-aħjar ħin kien dak ta’ Darren Camilleri li għamel ħin ta’ 59.049 sekondi. Camilleri saq il-karozza bin-numru 15. 

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Is-sewwieq mill-Afrika t’Isfel Giniel de Villiers rebaħ ir-Rally tal-Marokk 2019 wara sfida qawwija mal-Ispanjol Carlos Sainz. Fl-aħħar stadju ta’ dan ir-Rally de Villiers kellu mal-4 minuti distakk minn ma’ Sainz…

Motorsport

L-Ispanjol Carlos Sainz u l-Portugiż Paulo Goncalves rebħu l-kategoriji rispettivi tagħhom fir-raba’ stadju tar-Rally tal-Marokk li sar matul il-ġurnata tat-Tlieta. Fil-kategorija tal-karozzi, Carlos Sainz spiċċa l-istadju f’ħin ta’ 3 sigħat…

Motorsport

Wara t-tieni stadju tar-Rally tal-Marokk, Nasser Al-Attiyah tal-Qatar żamm postu fil-quċċata tal-klassifika fuq it-Toyota Hilux. Fl-istadju li sar qrib Fes, il-Marokk, iċ-champion tar-Rally ta’ Dakar żamm fuq quddiem, b’Stephane Peterhansel,…

Motorsport

Is-Sibt 28 ta’ Settembru, l-Old Motors Club Malta, organizza riċeviment għall-membri tiegħu u mistiedna oħra distinti kemm Maltin kif ukoll ħbieb tal-klabb minn Sqallija. L-Old Motors Club twaqqaf fl-1989 u…

Aktar