Motorsport
Motorsport: Il-federazzjoni Maltija ttemm it-tieni kors għall-marshalls

Il-Federazzjoni Maltija temmet it-tieni kors għall-marshalls, f’perjodu ta’ ftit ġimgħat.

Dan il-kors ġie organizzat bejn is-Sibt 17 u l-Ħadd 18 ta Lulju.

Il-parti teknika ġiet indirizzata is-Sibt ġewwa il-kumpless Montekristo f’Ħal Farruġ b’dik teknika issir il-Ħadd 18 ta Lulju ġewwa it-trakka La Reve f’Ħal Far.

Wara il-kors, Duncan Micallef, President tal-Federazzjoni, saħaq dwar il-bżonn li ħafna aktar żgħażagħ, mod speċjali dawk dilettanti tal-motorsport javviċinaw lill-federazzjoni u jagħtu sehmom bħalha marshalls u karigi oħra importanti oħra fil-motorsport.

 

Miktub minn...
TVM Sport