Motorsport
Motorsport: Il-Ħadd li ġej isir it-tielet rawnd tal-Enemed Hillclimb Championship f’Għawdex

Id-dilettanti tal-motorsport, b’mod speċjali dawk kollha dilettanti tal-Hillclimb huma preparati biex fi tmiem il-Ġimgħa jaqsmu lejn Għawdex biex isegwu it-tielet round tal-kampjonat Enemed Hillclimb Championship li qiegħed jiġi organizzat mill-Island Car Club.

Il-Ħadd 26 ta Mejju fit-telgħa għal-vilaġġ tax-Xagħra Għawdex ser tkun d-destinazzjoni għas-sewwieqa li ser jikkompetu fit-tielet rawnd.

L-ewwel rawnd kien seħħ il-Hadd 10 ta’ Marzu ġewwa il-Ġnejna u it-tieni rawnd seħħ il-Ħadd 14 ta’ April fl-Mtaħleb. Is-sewwieq Fabio Baldacchino issaportjat minn Tony’s Bar rebaħ l-ewwel żewġ rounds. Fit-tieni rawnd Baldacchino ġie segwit minn Mark Micallef bis-sapport ta Avon Tyres u Mauro Portelli bis-sapport ta Sullivan Maritime.

It-tlielaq ġewwa ix-Xagħra Għawdex għandhom jibdew għad-9 ta’ fil-għodu tal-Ħadd 26 ta Mejju.

Miktub minn...
TVM Sport