Motorsport
Motorsport: Il-Malta Drag Racing Association se torganizza l-ħames u l-aħħar rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali Enemed

Bejn l-14 u s-17 ta’ Novembru, il-Malta Drag Racing Association se torganizza l-ħames u l-aħħar rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali Enemed Drag Racing fit-trakka ta’ Ħal Far.

Aktar minn 120 kompetitur, inklużi sitt timijiet barranin, se jkunu qed jikkompetu bil-karozzi, dragsters, u muturi tagħhom f’diversi klassijiet.

Malta u l-Ġermanja se jkunu f’kompetizzjoni diretta fil-klassi Top Alcohol Dragster. Malta se tkun rappreżentata mit-timijiet ta’ Mr. Whippy u ta’ Galletta, filwaqt li l-Ġermaniżi bagħtu t-tim bl-isem ta’ Silvio Strauch,  li jismu Engine Gost Dragracing Team.

L-aktar taqtiegħa ħarxa u l-eqdem taqtiegħa se tkun ġejja mill-klassi Escort fejn karozzi preparati, kważi identiċi fil-potenza tal-magna u l-piż tal-karozza, u kollox jiddependi mir-reazzjonijiet ta’ malajr tas-sewwieqa kif fuq id-dawl u billi juża l-qawwa kollha disponibbli.

Għal drab’oħra se nerġgħu naraw lil Duncan Micallef bil-Casafini Top Alcohol Dragster jipprova jikser rekord li bih it-trakka Maltija tidħol ma’ dawk ta’ taħt l-4 sekondi.

Kemm it-tribuna minn fejn wieħed jista’ jsegwi t-tiġrijiet, u kemm il-paddock jipprovdu esperjenza unika għal kull min iżurhom.

Fil-paddock wieħed jista’ jara u jiltaqa’ ma’ mekkaniks, tekniċi, assistenti u sewwieqa nervużi jippreparaw il-karozzi u l-muturi tagħhom.

Il-bibien għall-viżitaturi jinfetħu mill-10.00am ‘il quddiem u l-ispettaklu jkun adattat għall-familja kollha.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru, il-Federazzjoni Maltija għal-Motorsport (MMF) organizzat il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha ġewwa lukanda ewlenija fil-Furjana. Il-President tal-Federazzjoni, is-Sur Tonio Cini waqt il-qari tar-rapport annwali, rrimarka li matul is-sena…

Motorsport

Nhar il-Ħadd 17 ta’ Novembru 2019 jiftaħ il-Kampjonat Nazzjonali WotoMoto Enduro 2019/2020. Dan il-kampjonat issapportjat ukoll min diversi sidien ta’ barrieri madwar Malta u Għawdex ikun mifrux fuq sitt attivitajiet li ħames…

Motorsport

Is-Sibt 9 ta Novembru ġewwa il-Badger Karting f’Ta’ Qali ġiet organizzata il-preżentazzjoni tal-kampjonat tal-Karting Club Malta. F’atmosfera familjari, il-kompetituri li kkompetew fil-kampjonat attendew din il-preżentazzjoni li ġiet indirazzata mill-President tal-klabb…

Motorsport

Għada l-Ħadd, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi sa tiftaħ l-istaġun tal-Karozzi bl-ewwel attività Autocross mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2019/2020. L-attivtajiet kollha bil-Karozzi jsiru fil-Kumpless Sportiv tal-ASMK f’Ta’ Qali bl-ewwel tiġrija…

Aktar