Motorsport
Motorsport: Illejla jingħata bidu għall-kampjonat tad-drag racing

Illejla fit-trakka tal-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drag Racing f’Ħal Far, jew kif inhi magħrufa ‘it-trakka tal-kwart ta’ mil’, jingħata bidu għat-tielet rawnd tal-kampjonat nazzjonali.

Bħalma hi d-drawwa, dan ir-rawnd isir filgħaxija u b’hekk joffri spettaklu ferm differenti mill-erba’ rawnds l-oħra tal-istess kampjonat.

F’dan ir-rawnd hemm aktar minn 50 karozza li se jiehdu sehem, fosthom ser naraw ir-ritorn ta’ Borg Brothers li kienu ferm popolari f’Ħal Far fis-snin ’90 kif ukoll erba’ karozzi li ġew apposta mill-Greċja.

Fost l-erba’ karozzi Griegi hemm ukoll il-Mitsubishi Evolution li kienet f’Malta għall-istess rawnd is-sena l-oħra. Dakinhar is-sewwieq Grieg, wara xi diffikultajiet, irnexxielu jilħaq l-iskop li kien gie għalih f’pajjizna meta kiser rekord mondjali bil-Mitsubishi Evolution b’ħin ta’ 7.884 sekondi.

Il-Kampjonat isir bejn illejla u s-Sibt 21 ta Lulju mis-6.00pm ‘il quddiem.

It-tlielaq kollha huma miftuħa għall-pubbliku.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Suċċes ikbar mill-ieħor fix-xena internazzjonali għal Gianluca Dingli sewwieq Malti tal GoKarts u membru tal-Karting Club Malta. Din id-darba Dingli kien impenjat fil-finali Internazzjonali tar-Rok Cup għal din is-sena, li…

Motorsport

Gianluca Dingli, is-sewwieq Malti tal-karting u membru tal-Karting Club Malta spiċċa fis-7 post fil-finali tat-28 Trofew tal-ħarfia li sar f’South Garda Karting, f’Garda l-Italja. Iċ-ċirkwit jagħmel parti mis-CIK FIA u…

Motorsport

Rodren Vella, is-sewwieq Malti u membru ta’ 360 Motorsport Club Malta, rebaħ il-klassi tiegħu fil-Kampjonat Royal Purple Hot Hatch fl-Ingilterra fuq Honda Civic EP3. Il-kampjonat kien jikkonsisti minn 3 klassijiet…

Motorsport

Motorsport: Żewġ sewwieqa Maltin membri tal-Karting Club Malta, Nick Gauci u Jake Agius ħadu sehem fir-Rotax Max Challenge. Dawn iż-żewġ sewwieqa kienu eliġibli wara li Gauci u Agius ġew l-ewwel…

Aktar