Motorsport
Motorsport: Imut Lino Brincat magħrufa bħala tad-Dallara

Il-Komunita’ tal-Motorsport tinsab maħsuda bil-mewt ta’ Lino Brincat, leġġenda tal-Motorsport Lokali. Brincat ipprattika b’suċċess diversi dixiplini tal-motorsport fosthom, go-karts, auto-cross, drag-racing iżda l-iktar sport li kien għal-qalbu kien il-Hillclimb.

Brincat beda il-karriera sportiva tiegħu fid-dixxiplina tal-hillclimb iżda matul iż-żmien ipparteċipa anke fid-drag racing u fl-auto-cross kemm ġewwa l-Mtarfa kif ukoll ġewwa Ta’ Qali fejn saħansitra rebaħ żewġ kampjonati. L-ewwel kampjonat tal-hillclimb li rebaħ kien permezz ta’ Alfa Sud fejn aktar tard proprju fis-snin 90 akwista id-Dallara l-aktar karozza magħrufa ta’ Lino. Permezz tad-Dallara Lino ikkompeta diversi drabi anke ġewwa Sqallija. L-aħħar kampjonat li rebaħ Lino kien fis-sena 2006 fl-eta ta’ 58 sena, Kampjonat tal-Hillclimb li kien organizzat mill-Island Car Club.

Dawk aktar involuti fil-motorsport jafu il Lino bħala dak il-mekkanik, dak it-tuner li kien ta’ għajnuna kbira għad-diversi sewwieqa mod speċjali dawk kollha li għazlu li jikkompetu permezz ta’ karozza jew magna tal-marka Alfa Romeo, li tagħhom kien dilettant kbir kif ukoll bravu immens dwar l-armar tal-istess magni. Brincat ser jibqa’ mfakkar mad-dilettanti tal-motorsport għax-xogħol li kien jagħmel bi preċizjoni u dedikazzjoni kbira, iżda fuq kollox għall-karattru qalbieni u sportiv tiegħu. It-telfa għal-motorsport lokali hija waħda kbira iżda Lino Brincat kien u jibqa’ ispirazzjoni għal ħafna sewwieqa Maltin.

Miktub minn...
TVMSports
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Għadha s-Sibt 19 ta’ Jannar, il-Malta Drag Racing Association, bl-għajnuna ta’ diversi clubs oħra tal-karozzi, fosthom it-360 Motorsport, l-Island Car Club u l-Malta Classic se jorganizzaw il-finali tal-pursuit bil-għan li…

Motorsport

Il-Qatari Nasser Al-Attiyah rebaħ id-Dakar Rally għat-tielet darba fil-karriera tiegħu, meta rnexxielu jispiċċa 46 minuta vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika tal-karozzi, filwaqt li l-Awstraljan Toby Price rebaħ il-kategorija tal-muturi. L-għaxar u l-aħħar…

Motorsport

Nasser Al-Attiyah kważi huwa ċert 100% li ser jirbaħ l-edizzjoni tad-Dakar Rally ta’ din is-sena wara li fid-disa’ stadju, l-avversarju tiegħu Stéphane Peterhansel ra l-ħolma tiegħu ttir mar-riħ tad-deżert tal-Peru…

Motorsport

L-Awstraljan Ricky Brabec ra l-ħolma tiegħu tgħib fir-ramel meta problemi fil-makna tal-mutur tiegħu ġegħluh jirtira għat-tieni sena konsekuttiva. Min-naħa l-oħra, tmien stadju mill-aqwa għall-Awstraljan Toby Price li fuq il-KTM irnexxielu…

Aktar