Motorsport
Motorsport: Is-Safari Rally tal-Kenja pospost minħabba l-COVID-19

Is-Safari Rally tal-Kenja ġie pospost sas-sena d-dieħla minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Is-Safari Rally tal-Kenja kien se jirritorna din is-sena wara kważi 20 sena iżda l-World Rally Championship qalet li se tkun qed tipposponi l-avveniment minn din is-sena minħabba s-sgurtà tas-saħħa ta’ dawk li kienu se jkunu nvoluti.

Id-deċiżjoni ttieħdet wara diskussjoni bejn il-Gvern Kenjan, id-WRC promoter u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Awtomobiliżmu.

L-aħħar darba li sar is-Safari rally tal-Kenja kien fl-2002.

Id-dati meta se jsir dan l-avveniment is-sena d-dieħla għad iridu jitħabbru.

Miktub minn...
TVM Sport