Motorsport
Motorsport: Is-sewwieq Warren Sciberras jesplora territorji ġodda

Fl-ewwel tmiem il-Ġimgħa ta’ Ġunju, flimkien mat-tim tiegħu, Warren Sciberras għamel prova f’Snetterton fir-Renju Unit, meta tellaq fil-Mini Challenge Touring Car Racing.

L-għan wara din l-esperjenza kien li tiġi kkonfermata l-abbilità ta’ Sciberras li hi kompetittiva f’dan il-livell.

Il-ħin meħtieġ minn Sciberras fuq din l-ewwel esperjenza kien dak ta’ 2 minuti u 30 sekonda, prova li ġeneralment issir f’ċirkwit vojt, madankollu Sciberras kellu karozzi oħra isuqu fl-istess ħin, nuqqas ta familjarizzazjoni kemm taċ-ċirkwit u kemm tal-karozza Mini, kif ukoll it-temp ma kienx favorevoli.

B’dawn l-ostakli kolla kontra tiegħu Sciberras irnexxilu jispiċċa biss 2 sekondi ‘l bogħod mill-mira tiegħu ta’ 2 minuti u 30 sekonda.

Dan jidher li huwa l-bidu għal sewwieq ieħor Malti biex jagħmel l-isem għalih innifsu u għall-Motorsport Malti fir-Renju Unit.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Jonathan Rea rebaħ it-tappa tal-kampjonat mondjali tas-Superbikes li saret Moorland Aragon biex estenda l-vantaġġ tiegħu fil-klassifika overall. Rea telaq mit-tieni post u nqabeż fl-ewwel dawra minn Scott Redding b’Michael Rinaldi…

Is-sewwieq tal-karting Gianluca Dingli irritorna minn Lonato fejn il-Ħadd li għadda kkompeta fit-tielet rawnd tal-kampjonat Rok Cup Italia. Dingli kkompeta fil-klassi Super Rok li kienet tikkonsisti minn 14 il-sewwieq minn…

Il-Ġappuniż Takuma Sato rebaħ l-Indianapolis 500 għat-tieni darba f’temp t’erba’ snin, biss din id-darba temm it-tellieqa taħt superviżjoni wara li kien hemm ħabta. Matul it-tellieqa Sato kellu taqtiegħa kontinwa ma’…

Indycar 500: Id-darbtejn Champion tad-Dinja tal-Formula 1 l-Ispanjol Fernando Alonso għada se jerġa’ jipprova jirbaħ il-tellieqa Indianapolis 500 fit-tielet tentattiv tiegħu. Jekk Alonso jirnexxielu jirbaħ l-Indy 500 għada, hu jsir…

Aktar