Motorsport
Motorsport: Is-sewwieqa tal-Go-Karts Gianluca Dingli u Kyle Micallef jikkompetu fir-Rok Super Finals 2020 fl-Italja

Is-Sewwieqa tal-Go-Karts Gianluca Dingli u Kyle Micallef ikkompetew fir-Rok Super Finals 2020 fl-Italja fil-Klassi Super Rok u fil-Klassi Mini Rok rispettivament.

Għal Dingli din kienet id-9 finali mondjali konsekuttiva u għas-sewwieq żagħżugħ ta’ 10 snin Kyle Micallef din kienet l-ewwel esperjenza tiegħu.

Fil-Pole Position Gianluca Dingli kiseb il-15-il post filwaqt li Micallef kiseb is-27 post fil-klassi tiegħu.

Fil-finali tas-Sibt Dingli beda mill-24 post u rnexxielu jtemm il-finali fil-15-il post mentri Kyle Micallef ma kkwalifikax għall-aħħar finali.

Iż-żewġ sewwieqa kienu taħt il-gwida ta’ Valtex Racing Team u t-tuners tal-magni STM.

Miktub minn...
TVM Sport