Motorsport
Motorsport: Is-sewwieqa tal-karting Nicky Gauci u Jake Agius preżentati bit-trofej fi Sqallija

Is-Sewwieqa tal-Karting Maltin Nicky Gauci u Jake Agius preżentati bit-trofej fi Sqallija.

Iċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni għall- “Karting Sicilia Campionato Regionale 2018 Piste Permanenti” saret f’Pergusa fi Sqallija minn Karting Sicilia.

Dan il-kampjonat huwa popolari ħafna mas-sewwieqa Maltin, għax għalkemm minħabba d-diffikultajiet li jġib miegħu huwa l-uniku kampjonat li jistgħu jikkompetu fiħ fin-nuqqas ta’ faċilitajiet f’Malta. Il-preżentazzjoni kienet affettwata minn temp ħażin kif ukoll minn borra kbira li kkawżat dewmien ta’ 15-il siegħa.

Is-Sewwieqa Jake Agius u Nicky Gauci ġew preżentati bit-trofej għal-Ewwel u t-Tieni post rispettivament fil-kategorija ROTAX Max.

Sewwieqa Maltin oħra spiċċaw il-kampjonat f’pożizzjoni notevoli ukoll u kisbu l-premjijiet tagħhom fiċ-ċerimonja, għalkemm ma kinux preżenti. Kieran Galea u Alessio Guarnieri kklassifikaw it-tielet u r-rabapost ‘fil-kategorija 60 Mini Rok, Kayden Bonnici Gauci kklassifika l-ħames fil-kategorija 60 meqjusa bħala l-iżgħar klassi u, Neville Zammit u Luke Muscat fir-4 u fis-6 post rispettivament fil-kategorija Rotax Max, u Jonathan Zammit It-tielet fil-kategorija 125 DVS Rok.

Is-Sewwieqa huma kollha membri tal-Karting Club Malta.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Moto GP: Fil-Grand Prix ta’ Silverstone illum kien is-sewwieq fuq mutur Suzuki Alex Rins li għadda fl-aħħar metri liċ- Champion renjanti Marc Marquez sabiex rebaħ Grand Prix mill-isbaħ. Is-sewwieq Andrea…

Motorsport

Is-sewwieq mill-Estonja Ott Tanak rebaħ ir-Rally tal-Ġermanja sabiex għaqqad tliet suċċessi konsekuttivi bit-Toyota tiegħu. Is-sewwieq l-ieħor tat-team Toyota Kris Meeke tal-Irlanda ta’ Fuq u l-Finldandiż Jari-Matti Latvala spiċċaw fit-tieni u…

Motorsport

Is-Sibt 27 ta’ Lulju, fil-kumpless Badger Karting f’Ta Qali, il-Karting Club Malta organizza ir-raba’ rawnd tal-kampjonat nazzjonali tal-karting sponsorjat minn Bupa. Il-fuq minn għoxrin sewwieq ikkompetew f’dan l-avveniment li sar…

Aktar