Motorsport
Motorsport: Isir it-tielet rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-ICC Enemed Hillclimb

Il-Ħadd li għadda l-Island Car Club organizza t-tielet rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-ICC Enemed Hillclimb.

Għal darb’oħra, numru tajjeb ta’ parteċipanti kkompetew f’diversi gruppi u klassijiet u dan sar taħt restrizzjonijiet stretti u gwida mill-uffiċjali minħabba l-pandemija Covid 19.

Iż-żagħżugħ Dylan Galea kien l-iktar sewwieq veloċi taħt l-età ta’ 25 sena, filwaqt li Peter Hansen kien l-iktar sewwieq veloċi ta’ aktar minn 60 sena.

Il-klassi għal-vetturi ta’ qabel il-gwerra ntrebħet minn Ian Lawson, u Charles Galea rebaħ il-klassi tal-Guests.

Jonathan Camilleri rebaħ il-Klassi Autocross.

Roberto Gauci u Jonathan Grech rebħu l-grupp Modified u Standard tal-karozzi Klassiċi.

Ir-rawnd li jmiss, li jiġi ir-raba’ rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-ICC Enemed Hillclimb mistenni jsir il-Ħadd 25 ta’ Ottubru fil-limiti Miżieb fil-Mellieħa.

Miktub minn...
TVM Sport