Motorsport
Motorsport: Isir it-tieni rawnd tal-kampjonat nazzjonali Enemed Drag Racing Championship

Bejn il-Ħamis 16 u s-Sibt 18 ta Lulju ġewwa t-trakka tal-kwart ta mil f’Ħal Far l-Assoċjazzjoni Maltija għad-Drag Racing organizzat it-tieni rawnd tal-kampjonat nazzjonali Enemed Drag Racing Championship.

B’differenza għar-rawnds l-oħra dan ir-rawnd joffri spettaklu differenti peress li jsir matul il-lejl.

L-atmosfera ġewwa Ħal Far kienet waħda mill-isbaħ hekk kif il-pubbliku attenda bi ħġaru.

Ħafna mill-kompetituri kellhom riżultati tajbin iżda għalkemm bi ftit punti ta sekondi jintażel rebbieħ f’kull kategorija.

Bracket Motorcycles intrebħet minn Chris Vella, klassijiet D4 u D5 intrebħu minn Patrick Cassar, Klassi SS1 u Klassi open tal-muturi intrebħu minn Chris Polidano, PS4 intrebħet minn Sandro Cutajar, Open 6 intrebħet minn Mario Borg, Escort Class 2 intrebħet minn Frankie Ellul u Escort Class 3 intrebħet minn Chantelle Zammit. Open Class 2 u bracket bejn 8 u 8.5 sekondi intrebħu minn Mark Mallia, Index Class 1 intrebħet minn Justin Bugeja, Index Class 2 intrebħet minn Mario Scherri u Index Class 3 intrebħet minn Clayton Johnson.

Il-klassi SM3 intrebħet minn Paul Gatt, CA6 intrebħet minn Anthony Vella. Bracket bejn 13 u 13.5 sekondi intrebħet minn Reuben Micallef, bracket bejn 11.5 u 12 il-sekonda intrebħet minn Adam Farrugia, Bracket bejn 11 u 11.5 sekondi intrebħet minn Rosello Cassar, Bracket bejn 10.5 u 11 il-sekonda intrebħet minn Clayton Johnson, bracket bejn 10 u 10.5 sekondi intrebħet minn Daniel Micallef, Bracket bejn 9 u 9.5 sekondi intrebħet minn Marvic Galea. Il-klassi open front wheel drive intrebħet minn Luke Muscat.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Alex Zanardi se jkun trasferiet fl-isptar San Raffaele ta’ Milan minħabba l-kundizzjoni kritika li għadu jinsab fiha. Zanardi se jkun fis-sezzjoni tat-terapija intensiva. Din l-aħbar taha Caludio Zanon, id-Direttur tal-isptar….

Motorsport

Nhar l-Erbgħa 22 ta’ Lulju it-tim Malti tas-Sim Racing V-Rig KC Racing Esports se jkun qiegħed jikkompeti fis-sitt u l-aħħar rawnd tal-kampjonat Taljan F3 organizzat mill-Automobile Club d’Italia. Il-ħames rawnds…

Motorsport

57 sewwieq żgħażagħ, minn 8 snin sa 25 sena, ġew approvati mill-Malta Motorsport Federation (MMF) għall-ewwel fażi tal-Programm ta ’Taħriġ tas-Sewwieqa Żgħażagħ tal-FIA flimkien mal-MMF li beda mit-Tnejn 6 ta’…

Aktar