Motorsport
Motorsport: Isir it-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-ICC Enemed Hillclimb

Il-Ħadd li għadda l-Island Car Club organizza t-Tieni Rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-ICC Enemed Hillclimb.

55 kompetitur ikkompetew f’diversi gruppi u klassijiet b’varjetà ta’ karozzi minn ta’ qabel il-gwerra, karozzi tat-triq u karozzi mibnija speċifikament għall-isport.

Il-klassi ta’ qabel il-gwerra ntrebħet minn Ian Lawson fuq Riley, Aaron Refalo, Chris Tabone u Matthias Vella rebħu l-klassijiet ghal-karozzi tat-triq 3, 4 u 5 rispettivament.

Michael Pace u Jonathan Grech rebħu l-klassijiet tal-karozzi klassiċi modifikat u oriġinali.

Stephen Micallef rebaħ Grupp 1 klassi 4.

Etienne Grech u Chris Aquilina rebħu Grupp 2 klassijiet 3 u 5.

Charles Cutajar, Roswell Bugeja u David Galea rebħu Grupp 3 Klassi 1, 2, u 3.

Joseph Cutajar rebaħ Grupp 4 klassi 3. Mauro Portelli u Kenneth Camilleri rebħu Grupp 6 Klassi 1 u 2.

Ivan Paul Deidun rebaħ Grupp 5 Klassi 4 u kien it-3 l-iktar sewwieq veloċi filwaqt li Darren Camilleri rebaħ Grupp 6 Klassi 4 u it-tieni l-iktar sewwieq veloċi tal-ġurnata.

Keith Camilleri rebaħ Grupp 5 Klassi 3 u spiċċa l-iktar sewwieqa veloċi tal-ġurnata.

Ir-rawnd li jmiss, it-3 Rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-ICC Enemed Hillclimb huwa mistenni li jsir nhar il-Ħadd 11 ta ‘Ottubru fil-Ġnejna limiti ta l-Imġarr.

Miktub minn...
TVM Sport