Motorsport
Motorsport: Issir il-preżentazzjoni tal-kampjonat tal-Karting Club Malta

Is-Sibt 9 ta Novembru ġewwa il-Badger Karting f’Ta’ Qali ġiet organizzata il-preżentazzjoni tal-kampjonat tal-Karting Club Malta.

F’atmosfera familjari, il-kompetituri li kkompetew fil-kampjonat attendew din il-preżentazzjoni li ġiet indirazzata mill-President tal-klabb is-Sur Tonio Mizzi.

Is-Sur Mizzi rringrazja lil kull min kien involut, kemm parteċipanti, familjari, sponsors kif ukoll uffiċjali tal-Federazzjoni li kienu preżenti għal kull tellieqa li saret.

Is-Sur Mizzi ħabbar ukoll li ntlaħaq ftehim ma’ dawk kollha konċernati biex il-kampjonat tas-sena d-dieħla jerġa’ jsir fuq l-istess mudell ta’ din is-sena, ġewwa il-Badger Karting, bis-sapport tal-Federazzjoni kif ukoll li ser jerġgħu jintużaw is-servizzi ta l-ufiċjal Taljan Dario D’Anastasi.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Citroen irtiraw mill-World Rally Championship wara li Sebastien Ogier ħabbar li ser iħalli lit-tim. Ogier kellu ħafna suċċessi mas-Citroen, tant li magħhom rebaħ diversi kampjonati tar-Rally. Mat-tħabbira tal-irtirar t’Ogier, Citroen…

Motorsport

Moto GP: L-Ispanjol Marc Marquez ingħata l-Midalja tar-rebħ tal-kampjonat mondjali 2019 f’ċerimonja li saret f’Valencia fi Spanja. Ftit sigħat wara li Marquez rebaħ it-tnax-il tellieqa tal-istaġun, hu kien mistieden jitla’…

Motorsport

Il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru, il-Federazzjoni Maltija għal-Motorsport (MMF) organizzat il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha ġewwa lukanda ewlenija fil-Furjana. Il-President tal-Federazzjoni, is-Sur Tonio Cini waqt il-qari tar-rapport annwali, rrimarka li matul is-sena…

Aktar