Motorsport
Motorsport: Issir l-ewwel edizzjoni tal-FIA Motorsport Games, f’Ruma
Malta rrappreżentata mis-sewwieq Kane Pisani fid-drifting

Il-Ħamis 31 ta’ Ottubru ġewwa Ruma tnediet l-ewwel edizzjoni tal-FIA Motorsport Games.

Il-ftuħ uffiċjali beda fit-tlieta ta wara nofsinhar permezz ta parata madwar it-toroq ta’ Ruma mil-karozzi li ser jkunu qiegħed jikkompetu u spicca permezz ta’ ċerimonja bejn is-sitta u it-tmienja ta’ fil-għaxija.

F’dawn il-logħob ser jkun hemm sitt dixxipplini ta’ motorsport differenti,  Touring Car Cup, F4 Cup, Digital Cup, GT Cup, Karting Slalom Cup, u Drifting Cup. Huwa proprju fid-drifting cup illi Malta hija rappreżentata mis-sewwieq Kane Pisani, sewwieq ta esperjenza kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta.

Aktar minn ħamsin pajjiż ser jikkompettu f’dan l-avveniment li ser jibqa sejjer sal Ħadd 3 ta’ Novembru ġewwa iċ-ċirkwit ta Vallelunga.

Pisani huwa mistenni li jidhol fl-azzjoni il-Ġimgħa l-ewwel ta Novembru għal-ħabta ta l-erba u kwart.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru, il-Federazzjoni Maltija għal-Motorsport (MMF) organizzat il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha ġewwa lukanda ewlenija fil-Furjana. Il-President tal-Federazzjoni, is-Sur Tonio Cini waqt il-qari tar-rapport annwali, rrimarka li matul is-sena…

Motorsport

Nhar il-Ħadd 17 ta’ Novembru 2019 jiftaħ il-Kampjonat Nazzjonali WotoMoto Enduro 2019/2020. Dan il-kampjonat issapportjat ukoll min diversi sidien ta’ barrieri madwar Malta u Għawdex ikun mifrux fuq sitt attivitajiet li ħames…

Motorsport

Is-Sibt 9 ta Novembru ġewwa il-Badger Karting f’Ta’ Qali ġiet organizzata il-preżentazzjoni tal-kampjonat tal-Karting Club Malta. F’atmosfera familjari, il-kompetituri li kkompetew fil-kampjonat attendew din il-preżentazzjoni li ġiet indirazzata mill-President tal-klabb…

Motorsport

Għada l-Ħadd, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi sa tiftaħ l-istaġun tal-Karozzi bl-ewwel attività Autocross mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2019/2020. L-attivtajiet kollha bil-Karozzi jsiru fil-Kumpless Sportiv tal-ASMK f’Ta’ Qali bl-ewwel tiġrija…

Aktar