Motorsport
Motorsport: It-tim ta’ Mr. Whippy f’Santa Pod

It-tim popolari ta’ Mr. Whippy jinsab f’Santa Pod permezz taż-żewġ sewwieqa tiegħu, Matthew Carabott u Monty Bugeja.

It-tim vjaġġa għall-Ingilterra immedjatament wara t-tieni rawnd tal-Enemed Drag Racing Championship li seħħ bejn il-Ġimgħa 3 u l-Ħadd 5 ta Mejju fit-trakka tal-Malta Drag Racing Association, f’Ħal Far.

Iż-żewġ sewwieqa se jkunu impenjati u għandhom skop differenti. Fil-każ ta Matthew Carabott se jagħmel minn kollox biex il-Ħamis 23 ta Mejju jġib il-liċenzja li biha jkun jista’ jsuq id-dragster Top Alcohol tat-tim f’avvenimenti internazzjonali.

Monty Bugeja bl-istess Top Alcohol Dragster se jkun qiegħed jikkompeti fil-Main Event li hu l-ewwel rawnd tal-kampjonat Ewropew tad-Drag Racing.

It-tim ta’ Mr. Whippy, permezz tas-sewwieq veteran tiegħu Monty Bugeja, irrapreżenta u ġab suċċessi kbar lejn Malta diversi drabi fil-passat.

Kollox jindika li issa t-tim għandu ħsieb li flimkien ma’ Monty Bugeja nibdew naraw lil Matthew Carabott fis-seat tad-Dragster barra minn xtutna.

Miktub minn...
TVM Sport