Motorsport
Motorsport: Iż-żewg klabbs tal-karting Maltin iħabbru li se jkunu qiegħed jorganizzaw il-kampjonat nazzjonali

Iż-żewg klabbs tal-karting Maltin lsland Karting Club u l-Karting Club Malta ħabbru li ser jkunu qiegħed jorganizzaw kampjonat nazzjonali tal-karting bl-awtorità tal-Federazzjoni.

It-tiġrijiet huma mistennija li jsiru fil-La Reve Karting Track ġewwa Ħal Far.

Il-kampjonat ser jkun imqassam fuq ħames rounds.

L-ewwel round fis-27 u 28 ta Frar, it-tieni round fis-27 u 28 ta Marzu, it-tielet round fit-12 u 13 ta Ġunju, ir-raba round fl-10 u 11 ta Lulju u l-aħħar round fl-4 u 5 ta Settembru.

Miktub minn...
TVM Sport