Motorsport
Motorsport – Jenson Button ser itellaq fl-Extreme E Series

L-ex champion tal-Formula 1, Jenson Button, ser ikun qed itellaq fl-Extreme E li ser jibdew aktar tard din is-sena. Il-Brittaniku qal li ser itellaq mat-tim tiegħu jbxeracing. It-tlielaq tal-Extreme E huma mmirati sabiex joħolqu aktar għarfien dwar it-tibdil fil-klima, u ser isiru f’żoni u ambjenti remoti. S’issa għadu ma ġiex żvelat min ser jakkumpanja lil Jenson Button fl-istess tim, imma f’kull tim jista’ jkun hemm kemm sewwieqa rġiel kif ukoll nisa.

Hemm diversi timijiet oħra li ser jieħdu sehem, fosthom it-timijiet ta’ Lewis Hamilton u Nico Rosberg rispettivament, bl-ewwel tellieqa mistennija tkun f’April u ser issir fl-Arabja Sawdija. Matul is-sena ser ikun hemm aktar tlielaq, fosthom fis-Senegal, Greenland, f’waħda mill-foresti tal-Brażil kif ukoll fi Tierra del Fuego fl-Arġentina.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA