Motorsport
Motorsport: Jibdew l-avvenimenti u l-kompetizzjonijiet tal-Island Car Club

Jiem impenjattivi immens għal-Island Car Club, dan għaliex wara xhur ta’ waqfien minħabba miżuri relatati mal-Pandemija issa se jiġu organizzati numru ta’ tlielaq qabel jidħol aktar l-istaġun tas-Sajf.

Bejn il-Ħadd 30 ta Mejju u l-Ħadd ta’ wara 6 ta’Ġunju l-Island Car Club ser jorganizza rekord ta’ 3 itlielaq. Il-Ħadd 30 Mejju l-ewwel round tal-kampjonat nazzjonali England Insurance ser jiġi organizzat fil-Miżieb limiti tal-Mellieħa.

Is-Sibt 5 ta’ Ġunju l-Island Car Club ser jorganizza s-Solv-It Classic Cars Hillclimb esklussivament għall-membri tal-Old Motors Club, li se jipparteċipaw bil-karozzi klassiċi tagħhom. Il-Ħadd 6 ta Ġunju se jiġi organizzat it-tieni round tal-kampjonat nazzjonali England Insurance. L-avvenimenti tas-Sibt 5 u l-Ħadd 6 ta Ġunju se jsiru l-Imtaħleb limiti tar-Rabat.

Minħabba restrizzjonijiet li għadhom fis-seħħ dawn l-avvenimenti ser isiru mingħajr spettaturi.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.