Motorsport
Motorsport: Jiftaħ l-istaġun tal-Hillclimb organizzat mill-Island Car Club

Il-Ħadd 30 ta Mejju fetaħ l-istaġun tal-Hillclimb f’pajjiżna meta l-Island Car Club organizzaw l-ewwel tellieqa tal-England Insurance National Hillclimb Championship.

L-ewwel tellieqa bil-parteċipazzjoni ta’ 56 sewwieq f’diversi kategoriji saret fil-Miżieb limiti tal-Mellieħa.

F’dan l-ewwel rawnd reġgħu spikkaw l-aħwa Kurt u Keith Camilleri. L-aħwa Camilleri kienu segwiti minn Darren Camilleri li spiċċa fit-tielet post.

Id-dilettanti laqgħu b’sodisfazzjoni il-fatt li kemm il-Ministru Ian Borg u s-Sur Dario Vella, Sindku tal-Mellieħa sabu ħin sabiex jiltaqgħu mal-organizzaturi u s-sewwieqa.

Intant, għada s-Sibt se ssir is-Solv-it Classic Cars Hillclimb għal-membri tal-Old Motors Club u l-Ħadd isir it-tieni rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali England Insurance Hillclimb.

 

Miktub minn...
TVM Sport