Motorsport
Motorsport: Jiftaħ l-istaġun tal-kwart ta’ mil f’Malta

Fi tmiem il-Ġimgħa li għaddiet saret l-ewwel rawnd tal-kwart ta’ mil fit-trakka tal-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drag Racing f’Ħal Far.

Il-kampjonat beda fost entużjażmu kbir b’madwar 100 karozza li nkitbu biex jikkompetu. Rawnd li għalkemm kien organizzat tajjeb ħafna, kien iddominat ukoll minn ħafna ħsarat li sofrew il-kompetituri.

Il-Bracket intrebħu min Mario Camenzuli, Steve Bugeja, Michael Caruana, Chantelle Zammit, Jurgen Debono, Glen Caruana, Reuben Pirotta, Clint Fenech u Paul Fenech.

Il-klassijiet Index intrebħu minn Aaron Farrugia, Clinton Degiorgio, Terry Gilam u Lesley Portelli.

Iż-żewġ klassijiet Bracket Motorcycles intrebħu minn Lesley Said u Franklyn Borg, Chris Vella rebaħ il-klassi Index tal-muturi u Shawn Buttigieg rebaħ il-klassi Motorcycle open.

Paul Fenech rebaħ Open Class 1 u John Martin rebaħ Open 2 Class u Extreme 2 Class.

Front Wheel Drive Open Class intrebħet minn Marvic Galea.

Il-Klassi CA6 intrebħet minn Anthony Vella, u Emmanuel Vassallo rebaħ il-klassi DTA5.

Klassijiet PS4 u SM3 intrebħu minn Clint Fenech u Glenn Caruana rispettivament.

D4, D5 u D6 intrebħu minn Miguel Montebello, Emmanuel Galea u Mario Borg, waqt li Alan Muscat rebaħ id-DTF Class.

Christian Pace rebaħ Escort 2 u Escort 3 Class, Mario Borg jirbaħ l-Open 6 Class u Reuben Pirotta jirbaħ l-SM4 Class.

L-iżgħar rebbieħ tal-ġurnata kien Xavier Camilleri billi rebaħ il-klassi Junior Dragster u l-aħjar reazzjoni fuq id-dawl kienet ta Shawn Buttigieg,

Fil-bidu ta dan ir-rawnd l-Assocjazzjoni Maltija tad-Drag Racing ħabret illi iffirmat kuntratt ġdid ta sponsorship għat-tlett snin li ġejjin mal-kumpanija Enemed. It-tieni rawnd ser jittella fit-tlieta, fl-erba u fil-ħamsa ta Mejju.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Grupp ta ‘ entużjasti Maltin waqfu l-ewwel klabb tal-marka tal-karozzi Ingliża MG. Għall-aħħar sena fuq l-inizjattiva ta ‘ Kris Scicluna, inħoloq grupp ta ‘ Facebook, u wara ftit bdew jiltaqgħu…

Motorsport

In-nisa li ser ikunu qegħdin jiktbu l-istorja fl-ewwel tellieqa tad-W Series, bdew l-ittestjar tal-karozzi fuq iċ-ċirkwit ta’ Lausitzring qabel fl-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ Mejju ssir l-ewwel tellieqa f’Hockenheim, il-Ġermanja. Waħda…

Aktar