Motorsport
Motorsport: Jitwaqqaf l-MG Car Club Malta

Grupp ta ‘ entużjasti Maltin waqfu l-ewwel klabb tal-marka tal-karozzi Ingliża MG.

Għall-aħħar sena fuq l-inizjattiva ta ‘ Kris Scicluna, inħoloq grupp ta ‘ Facebook, u wara ftit bdew jiltaqgħu Joseph Casapinta, l-istess Kris Scicluna, flimkien ma ‘ Robert Muscat u Frank Mallia, ġie deċiż li jitwaqqaf l-ewwel klabb uffiċjali għas-sidien u diletteanti tal-karozzi tal-marka MG.

Dawn huma karozzi popolari f’pajjiżna u wieħed jiltaqa’ magħhom b’mod regolari fit-toroq tagħna b’mod speċjali fi tmiem il-Ġimgħa.

It-tnedija tal-klabb u l-ewwel laqgħa uffiċjali tal-MG Car Club Malta ser issir il-Ħadd 28 ta ‘ April fit-8.00am quddiem il-lukanda Hilton, ġewwa San Ġiljan, u l-attività hija miftuħa għal kull min hu interessat li jkun parti minn dan il-klabb.

MG, huma iż-żewġ inizjali ta ‘ Morris Garaxx li hija Marka awtomobilistika Brittannika li bdiet il-produzzjoni fl-1920 mis-Sur William Morris.

Miktub minn...
TVM Sport