Motorsport
Motorsport – Karl Micallef u Bernard Sammut ir-rebbieħa f’Għawdex
Nhar is-Sibt 23 ta’ Ġunju 2018 ġiet organizzata l-ħdax it-tiġrija mill-Kampjonat Nazzjonali Autocross ASMK Pasta Poiatti 2017/2018. Fil-finali Autocross Modified Klassi A kien Karl Micallef fuq Ford Fiesta li ħareġ rebbieħ segwit minn Noel Zammit fuq Fiat Punto waqt li fit-tielet post daħal Jean Paul Grech fuq Peugeot 106. 
Fil-fInali Autocross Modified Klassi B kien Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta li ħareġ rebbieħ segwit minn Richard Spiteri fuq Opel Nova. Fit-tielet post spiċċa Brandon Lee Vassallo fuq Peugeot 205.
Fil-Klassi Standard Jerom Peplow fuq Kia Avella ddomina u rebaħ din il-finali segwit minn Chris Formosa fuq Ford Fiesta.
Il-Ħadd 24 ta’ Ġunju, l-Assoċjazzjoni organizzat l-aħjar tellieqa tal-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2017/2018 fil-barriera Ta’ Għansar, f’San Lawrenz, Għawdex. Fi Klassi A Bernard Sammut fuq mutur Beta ddomina din il-klassi u kien l-iktar veloċi b’2 minuti, 55.677 sekondi fuq korsa twila kilometru  u nofs. Bernard kien segwit minn Matthew Gauci fuq mutur Beta b’ħin ta’ 3 minuti, 4.186 sekondi, filwaqt li fit-tielet post daħal Joseph Scicluna fuq mutur KTM b’ħin ta’ 3 minuti, 6.942 sekondi.
Fi Klassi B iis-sewwieq Għawdxi John Attard fuq mutur KTM rebaħ din il-klassi b’ħin ta’ 3 minuti, 26.804 sekondi u kien segwit minn Gabriel Muscat fuq mutur KTM b’ħin ta’ 3 minuti, 28.860 sekondi u fit-tielet post daħal James Grima fuq mutur KTM b’ħin ta’ 3 minuti ,37.975 sekondi. 
Nhar is-Sibt 30 ta’ Ġunju 2018 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi ser torganizza l-aħħar attività mill-Kampjonat Nazzjonali Trials 2017/2018 sponsorjat mid-ditta Pasta Poiatti. L-attività ser issir fil-Kumpless tal-ASMK f’Ta’ Qali u tibda fis-6pm. 
Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA