Motorsport
Motorsport: Karozzi fi Braga għall-Hillclimb Masters

Erbgħa minn ħames karozzi tat-tlielaq bdew il-vjaġġ tagħhom lejn Braga fil-Portugall wara ġimgħat ta’ preparamenti.

Il-karozzi se jkunu qed jirrappreżentaw lil Malta fir-raba’ edizzjoni tal-Hillclimb Masters bejn is-7 u l-10 ta’ Ottubru.

Il-Masters, organizzati mill-FIA jiġbru flimkien ir-rebbieħa tal-kampjonati nazzjonali rikonoxxuti mill-ASN tal-lokal u r-rebbieħa tal-Kampjonat.

Il-korsa twila 3 kilometri u l-ħames sewwieqa Maltin, membri tal-Island Car Club li se jirrappreżentaw lil Malta, huma, Keith Camilleri ċ-Champion lokali attwali tal-Hillclimb, ħuh Kurt Camilleri, Kenneth Camilleri, Matthew Zammit u Zach Zammit.

Miktub minn...
TVM Sport