Motorsport
Motorsport: L-aħwa Keith u Kurt Camilleri b’avventura ġdida fl-Italja

L-aħwa promettenti Keith Camilleri, li għadu kif rebaħ il-kampjonat Malti, Enemed Hillclimb Championship organizzat mill-Island Car Club u Kurt Camilleri, li spiċċa fuq il-podju waqt il-hillclimb Masters ġewwa Gubbio ġew mistiedna għal-provi ma tim tal-Lamborgini fejn ser isuqu karozza tal-Kategorija Super Trofeo.

Karozza b’chassis Dallara u b’magna Lamborgini b’potenza ta ‘620BHP. Il-provi ser isiru nhar it-tlieta 15 ta Jannar, ġewwa iċ-ċirkwit internazzjonali ta Adria. Is-sewwieqa Maltin ser jkunu il-ħin kollhu taħt is-superviżjoni professjonali tat-tim Lamborgini.

Keith u Kurt Camilleri huma tnejn mis-sewwieqa ta Camilleri Racing Team immexxi minn missierhom Hubert Camilleri li tul il-karriera tiegħu rebaħ il-kampjonat Malti tal-Hillclimb xejn inqas minn 13 il-darba. Iċ-Cirkwit Internazzjonali ta Adria huwa twil 2.7 Kilometri, u jinsab fir-reġjun ta Veneto fin-naħa ta fuq ta l-Italja.

Din l-esperjenza għandha tiprovdi taħriġ uniku lill-aħwa Camilleri li mistennija tgħinhom immens fil-futur tagħhom.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Moto GP: Fil-Grand Prix ta’ Silverstone illum kien is-sewwieq fuq mutur Suzuki Alex Rins li għadda fl-aħħar metri liċ- Champion renjanti Marc Marquez sabiex rebaħ Grand Prix mill-isbaħ. Is-sewwieq Andrea…

Motorsport

Is-sewwieq mill-Estonja Ott Tanak rebaħ ir-Rally tal-Ġermanja sabiex għaqqad tliet suċċessi konsekuttivi bit-Toyota tiegħu. Is-sewwieq l-ieħor tat-team Toyota Kris Meeke tal-Irlanda ta’ Fuq u l-Finldandiż Jari-Matti Latvala spiċċaw fit-tieni u…

Motorsport

Is-Sibt 27 ta’ Lulju, fil-kumpless Badger Karting f’Ta Qali, il-Karting Club Malta organizza ir-raba’ rawnd tal-kampjonat nazzjonali tal-karting sponsorjat minn Bupa. Il-fuq minn għoxrin sewwieq ikkompetew f’dan l-avveniment li sar…

Aktar