Motorsport
Motorsport: L-ASMK tirritorna fi tmiem il-ġimgħa bil-kampjonati tal-muturi

Fi tmiem il-ġimgħa li ġejja, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se terġa’ tibda torganizza l-attivitajiet sportivi bir-risterezzjonijiet, hekk kif imħabbra mill-Awtoritajiet tas-saħħa.

Nhar is-Sibt li ġej 15 ta’ Mejju 2021, issir il-ħames attività mill-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2020/2021.

L-attività ssir fil-Kumpless tal-ASMK f’Ta’Qali u tibda fl-16:00.

Il-Ħadd 16 ta’ Mejju, l-Assoċjazzjoni se toganizza ir-raba’ attività mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2020/2021.

L-attività se ssir fil-Barriera ix-Xagħra tal-Magħlaq, Limiti ta Siġġiewi, u tibda fl-10:00am.

Miktub minn...
TVM Sport