Motorsport
Motorsport: L-Island Car Club iniedi il-kampjonat nazzjonali tal-hillclimb

L-Island Car Club nhieda l-kampjonat Nazzjonali tal-hillclimb għal din is-sena.

L-ewwel Round tal-Kampjonat se jseħħ il-Ħadd 18 ta’ Frar fi triq Dawret il-Mellieħa, fil-Mellieħa, magħrufa mad-dilettanti bħalha Pennellu.

Bi pjaċir l-Island Car Club ħabbar li hemm madwar 44 karozza miktubin f’diversi klassijiet.

Fost dawn insibu 12 il-kompetitur fil-klassi “guest”, żewġ kompetituri fil-klassi Autocross, tlieta fi Classic Modified, sitta fi Grupp 5, u sebgħa fi grupp 2, grupp 3 u fl-għolha grupp sitta.

Fost dawn is-sewwieqa se nsibu lill-aħwa Roswell u Didier Bugeja fuq żewġ karozzi Peugeot, il-missier u l-iben Jesmond u Ryan Mangion, l-aħwa Keith u Kurt Camilleri fuq Radicals, is-sewwieq veteran Joe Anastasi u ċ-champion preżenti Mark Micallef fuq Force Single Seater.

F’dan l-avveniment, wara nuqqas ta’ sentejn, se naraw ir-ritorn ta’ Joseph Cutajar fuq Escort MK2.

It-tiġrijiet huma mistennija li jibdew għad-9.00am. Il publiku mħeġġeġ jattendi filwaqt li josserva l-istruzzjonijiet mogħtija mill-organizzaturi u joqgħod biss f’żoni fejn huwa permess.

Fost uffiċjali oħra u l-Kumitat tal-Island Car Club, iċ-Chief Marshall tat-tellieqa se jkun Kevin Simmons, Clerk of the Coarse, William England, Viċi President tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport, Safety Officer Adrian Figallo, Steward Josef Abela u Gordon Pace Time Keeper.

Miktub minn...
TVM Sport