Motorsport
Motorsport: L-Island Car Club itella’ l-ewwel rawnd tal-kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb għal din is-sena

Ilbieraħ sar l-ewwel rawnd tal-Kampjonat tal-hillclimb fi triq Dawret il-Mellieħa, fil-Mellieħa magħrufa mad-dilettanti bħalha Pennellu.

61 karozza inkitbu originarjament għal dan l-avveniment iżda kienu biss 48 li spiċċaw it-tlielaq kollha u b’risultat finali.

Il-preparamenti ta’ qabel it-tellieqa biex tiġi assigurata sigurtà massima ħadu xi ftit aktar milli previst iżda meta t-tlielaq bdiet għal ħabta tal-10.00am kollox mexa b’ritmu tajjeb u mingħajr dewmin żejjed. Dan intlaqa’ tajjeb minn dawk preżenti, sewwieqa, membri tat-teams tagħhom, familjari kif ukoll dawk kollha li segwew dawn it-tlielaq mill-istreaming dirett fuq facebook.

Fit-tielet post mis-sewwieqa kollha sibna Keith Camilleri fuq Radical ProSport sponsorjat minn Fracht Malta b’ħin ta’ 48,156 sekonda, fit-tieni post lill-Fabio Baldacchino fuq OMS 2000M sponorjat minn Tony’s Bar b’ħin ta 48.040 sekonda, u fl-ewwel post iċ-ċhampion presenti Mark Micallef fuq karozza ġdida tat-tip Force Single Seater Turbo sponsorjat minn Avon u Kingrun Tyres b’ħin ta 47.164 sekonda.

Fl-ewwel post karozza four whell drive il-veteran Teddy Aquilina fuq Escort Cossworth, l-ewwel rear whell drive Silvio Sciberras u l-ewwel front wheel drive Didier Bugeja.

Fost uffiċjali oħra u il-kumitat tal-Island Car Club, il-Clerk of the Coarse kien Is-Sur William England, Viċi President tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport, Uffiċjal tas-Sigurta Is-Sur Adrian Figallo, Steward Is-Sur Josef Abela u il-ħinijiet kienu f’idejn Gordon Pace.

Miktub minn...
TVM Sport