Motorsport
Motorsport: L-istaġun ASMK Autocross jiftaħ għada l-Ħadd

Għada l-Ħadd, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi sa tiftaħ l-istaġun tal-Karozzi bl-ewwel attività Autocross mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2019/2020. L-attivtajiet kollha bil-Karozzi jsiru fil-Kumpless Sportiv tal-ASMK f’Ta’ Qali bl-ewwel tiġrija tibda fil-11:00am.

Bħalissa għaddejjin l-aħħar preparament biex il-korsa tal-karozzi tkun lesta biex tilqa’ l-ewwel attività tal-istagun. Għaddejin ukoll l-aħħar preparment biex titlesta l-kamra tal-kontroll fejn din saritilha bidla sħiħa wara 34 sena servizz. Dan kellu jsir malagħjr wara inċident zgħir ta’ nar fl-istess binja li din ġarrbet f’dan is-sajf. Barra minn hekk se ssir xogħol fil-jiem li ġejjin biex il-korsa tkun tista’ terġa tibda tintuza b’tigrijiet f’zewġ direzzjonijiet kemm favur u kontra l-arloġġ matul dan l-istaġun il-ġdid.

Intant il-Ħadd 13 t’Ottubru 2019 l-ASMK diga fetħet l-istaġun tal-Muturi bil-ftuħ tal-Kampjonat Nazzjonali Trials 2019/2020. L-ewwel attivita Trials saret fil-Barriera tal-Ballut Limiti tan-Naxxar fejn kellna dawn ir-rizultat. Fi Klassi A rajna lil Damon Bonello fuq mutur TRS jirbah l-ewwel attivita segwit min Rowen Bonello fuq mutur Beta. Fit-tielet post dahal Ian Scicluna fuq mutur Beta. Intant, l-Assoċjazzjoni tieħu l-okkazzjoni biex tirringrazzja lill Ballut Blocks Ltd talli tippermettielna norganizzaw dawn it-tip ta attivitajiet fil-Propjeta tagħhom.

Attivita oħra bit-Trials ħa ssir nhar il-Ħadd 17 ta’ Novembru 2019. Il-post jitħabbar iktar tard, bl-attivita tibda fid-9.00am.

Intant il-Ħadd 20 t’Ottubru infetaħ il-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2019/2020 fejn ġiet organizzata Fun Race u kellna dawn ir-rizultati. Il Klassi A intrebħet min Kyle Camilleri fuq mutur KTM segwit min Bernard Sammut fuq mutur Beta. Fit-tielet post daħal Mark Mamo fuq mutur Yamaha.

Mill-Klassi B Ryan Faenza fuq Yamaha iddomina l-klassi segwit min Michael Sant fuq mutur Husqvarna waqt li t-tielet post intrebaħ min James Mamo fuq mutur Yamaha.

Il-Klassi Juniors għal l-ewwel darba f’dan l-istaġun ser ikollha Kampjonat iddeidikat għal tfal li jippratikaw dan it-tip ta Sport. Dan grazzi għal ħidma li saret kemm mill-kowċies barranin kif ukoll dawk Maltin li għandha l-Assoċjazzjoni. Intant f’din l-ewwel attivita rajna lil Jose Azzopardi fuq mutur KTM jiddomina l-klassi segwit min Sheldon Camilleri Conti fuq mutur Yamaha. It-tielet post intrebaħ min Nicole Cutajar fuq mutur Husqvarna.

Attività oħra bil-Muturi Motocross li sa tkun l-ewwel attivita mill-Kampjonat Nazzjonali 2019/2020 se ssir nhar il-Ħadd 1 ta’ Diċembru 2019 fil-Kumpless tal-ASMK Ta’ Qali u tibda fl-10:00am

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Citroen irtiraw mill-World Rally Championship wara li Sebastien Ogier ħabbar li ser iħalli lit-tim. Ogier kellu ħafna suċċessi mas-Citroen, tant li magħhom rebaħ diversi kampjonati tar-Rally. Mat-tħabbira tal-irtirar t’Ogier, Citroen…

Motorsport

Moto GP: L-Ispanjol Marc Marquez ingħata l-Midalja tar-rebħ tal-kampjonat mondjali 2019 f’ċerimonja li saret f’Valencia fi Spanja. Ftit sigħat wara li Marquez rebaħ it-tnax-il tellieqa tal-istaġun, hu kien mistieden jitla’…

Motorsport

Il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru, il-Federazzjoni Maltija għal-Motorsport (MMF) organizzat il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha ġewwa lukanda ewlenija fil-Furjana. Il-President tal-Federazzjoni, is-Sur Tonio Cini waqt il-qari tar-rapport annwali, rrimarka li matul is-sena…

Aktar