Motorsport
Motorsport: L-Istaġun Enduro jiftaħ il-Ħadd f’Ta’ Qali

Nhar il-Ħadd 17 ta’ Novembru 2019 jiftaħ il-Kampjonat Nazzjonali WotoMoto Enduro 2019/2020. Dan il-kampjonat issapportjat ukoll min diversi sidien ta’ barrieri madwar Malta u Għawdex ikun mifrux fuq sitt attivitajiet li ħames tiġrijiet isiru f’Malta u waħda ssir f’Għawdex filwaqt li l-ewwel attività ser issir fil-Kumpless Sportiv tal-ASMK f’Ta’ Qali u tibda fl-10:00am.

Id-ditta BETA mill-Kumpanija Wotomoto Ltd se terġa’ tkun li sponsor ewlieni għat-tielet darba tal-Kampjonat ‘Enduro BETA Challenge 2019’ sa mil-ewwel attività. F’din il-ġurnata it-tiġrija tkun kontra l-arloġġ mil-kompetituri kollha fuq il-korsa li tiġi iffurmata apposta.

Ir-rebbieħ tal-ġurnata f’din l-ewwel attività li jirreġistra l-aħjar ħin fit-tiġrija, minbarra t-tazza tal-ġurnata ser ukoll ħa jieħu miegħu mutur BETA ġdid fjamant. Dan il-mutur qed jingħata għal sena lir-rebbieħ biex jipparteċipa bih fl-istaġun kollu kif ukoll jagħmel it-taħriġ meħtieġ bi preparazzjoni għal kull attività li ssir.

Intant nhar il-Ħadd li għadda 10 ta’ Novembru infetaħ l-istaġun tal-Karozzi Autocross. Fl-ewwel attività mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2019/2020 irreġistarw 18-il karozza maqsuma f’żewġ klassijiet, dik Modified u oħra Standard.

Fil-Klassi Modified rajna lil Jean Paul Grech fuq Peugeot 106 jirbaħ l-għola punteġġ tal-ġurnata u ssiġilla posthu fil-finali Klassi A. Ma’ dan ikkwalifikaw Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta, Gordon Johnson, Karl Micallef u Andrew Pisani kollha fuq Opel Corsa u Ivan Birmigham fuq Suzuki Swift.

Mat-tluq tal-finali rajna ħrug tajjeb ħafna min Grech, Johnson u Micallef fejn sa l-ewwel kantuniera kollha baqgħu flimkien. Ftit wara rajna lil-Grech jieħu t-tmun tal-finali segwit min Johnson u Pisani. Tul l-ewwel ġirja rajna lil Johnson jitlef zewġ postijiet b’Pisani u Scicluna jieħdu l-okkazzjoni li javvanzaw posthom. Il-finali kompliet bis-sewwieqa juzhaw il-Joker Lap fil-ħin preferut wieħed wara l-ieħor. Il-finali spiċċat bi Grech jirreġistra l-ewwel rebħa f’dan l-istaġun segwit min Pisani u Johnson rispettivament. Ir-raba post intrebaħ min Scicluna segwit min Micallef. Birmingham irtira minħabba ħsara mekkanika.

Fil-Finali Klassi B rajna linja tat-tluq komposta min 4 kompetituri. Jonathan Camilleri fuq Opel Nova, Alan Muscat fuq Peugeot 205, Jurgen Cassar fuq Opel Corsa u Noel Zammit fuq Fiat Punto. Din il-finali kienet iddominata min ħsara mekkanika u teknika. Zammit irtira fl-ewwel Lap bi ħsara mekkanika fil-magna. Kuntatt anti-sportiv min Muscat ħalla lil Camilleri wieqaf mit-tiġrija b’Muscat jiġi sospiz mir-referee tal-ġurnata u Cassar waqaf wara t-tielet Lap minħabba ħsara wkoll. Ir-rizultat finali juri lill Cassar rebbieħ tat-tiġrija segwit min Camilleri u Zammit rispettivament.

Fil-Klassi Standard rajna linja tat-tluq komposta min Nicovich Chircop fuq Peugeot 106, Kyle Agius fuq Opel Nova u Jerom Peplow fuq Kia Avella. Mil-bidu rajna ħrug spettakolari min Chircop u ħa t-tmun tal-finali segwit min Agius u Peplow. Ftit qabel tmiem l-ewwel Lap rajna lil Agius jieħu il-Joker Lap u rnexxilu jieħu t-tmun tal-finali segwit min Chircop b’dan tal-aħħar jagħmel azzjoni anti-sportiva fuq Agius bir-referee tal-ġurnata jwissi lil Chircop bil-bandiera tal-Warning. Il-finali kompliet u ma kellna l-ebda tibdil sa l-aħħar b’Agius jirreġistra l-ewwel rebħa f’dan l-istaġun segwit min Chircop u Peplow rispettivament.

Attività oħra bil-Karozzi Autocross mistennija ssir nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru 2019 bil-program jibda fl-10:00am b’Quddiesa għal membri tal-ASMK deceduti.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Citroen irtiraw mill-World Rally Championship wara li Sebastien Ogier ħabbar li ser iħalli lit-tim. Ogier kellu ħafna suċċessi mas-Citroen, tant li magħhom rebaħ diversi kampjonati tar-Rally. Mat-tħabbira tal-irtirar t’Ogier, Citroen…

Motorsport

Moto GP: L-Ispanjol Marc Marquez ingħata l-Midalja tar-rebħ tal-kampjonat mondjali 2019 f’ċerimonja li saret f’Valencia fi Spanja. Ftit sigħat wara li Marquez rebaħ it-tnax-il tellieqa tal-istaġun, hu kien mistieden jitla’…

Motorsport

Il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru, il-Federazzjoni Maltija għal-Motorsport (MMF) organizzat il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha ġewwa lukanda ewlenija fil-Furjana. Il-President tal-Federazzjoni, is-Sur Tonio Cini waqt il-qari tar-rapport annwali, rrimarka li matul is-sena…

Aktar