Motorsport
Motorsport: L-Old Motors Club Malta jorganizza riċeviment għall-membri

Is-Sibt 28 ta’ Settembru, l-Old Motors Club Malta, organizza riċeviment għall-membri tiegħu u mistiedna oħra distinti kemm Maltin kif ukoll ħbieb tal-klabb minn Sqallija.

L-Old Motors Club twaqqaf fl-1989 u illum għandu madwar 350 membru li bejniethom għandhom ‘il fuq minn elf karozza antika.

Ir-riċeviment ġie organizzat fil-binja li l-klabb għandu fi Triq L-Isperanza fil-Mosta.

Il-bitħa tal-post ġiet imżejna bi tmien karozzi, waħda minn kull deċenju.

Madwar 300 persuna laqgħu l-istedina tal-klabb u attendew għal dan ir-riċeviment, li f’ħin minnhom iżżanżan b’bust tat-tabib Lino Gauci Borda, li kien Tabib, Membru Parlamentari, Dilettant tal-Karozzi antiki u Chairman ta l-Old Motors Club għal snin twal u miet fi Frar li għaddha.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Matul tmiem il-ġimgħa li ġejja l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkun waħda impenjattiva. Nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru 2019 l-ASMK sa tkompli kemm bil-Kampjonat Nazzjonali Motocross 2019/2020 u l-Ħadd 15…

Motorsport

Il-Ħadd 8 ta’ Diċembru ġie organizzat il-ħames u l-aħħar rawnd tal-kampjonat Enemed National Hillclimb Championship, organizzat mill-Island Car Club ġewwa it-telgħa tal-Imtaħleb, limiti tar-Rabat. Il-kampjonat tal-hillclimb u l-ICC, il-klabb li…

Motorsport

F’temp mill-isbaħ, il-Ħadd 8 ta ‘Diċembru, l-Old Motors Club Malta, li din is-sena ċċelebra it-30 Anniversarju mit-twaqqif tiegħu organizza edizzjoni oħra ta l-Mdina Glass Rally and Show. Madwar 30 Karozza…

Motorsport

Citroen irtiraw mill-World Rally Championship wara li Sebastien Ogier ħabbar li ser iħalli lit-tim. Ogier kellu ħafna suċċessi mas-Citroen, tant li magħhom rebaħ diversi kampjonati tar-Rally. Mat-tħabbira tal-irtirar t’Ogier, Citroen…

Aktar