Motorsport
Motorsport: L-Old Motors Club Malta torganizza l-ewwel Hillclimb

Is-Sibt li għadda, l-Old Motors Club Malta organizzat l-ewwel Hillclimb għall-membri tagħha.

L-attività saret fl-Imtaħleb, limiti tar-Rabat.

34 karozza klassika ħadu sehem fl-avveniment u filwaqt li xi wħud kellhom spirtu sportiv, oħrajn kienu karozzi li normalment naraw f’wirjiet fil-pjazez tagħna f’ħafna każijiet biex jiġbru fondi għal xi karità lokali.

Sewwieqa minn kull età ħadu sehem u gawdew avveniment li mhux tas-soltu mill-Old Motors Club Malta.

Għal dan l-avveniment, l-Old Motors Club kellu l-għajnuna tal-Island Car Club u l-Malta Motorsport Federation waqt li Solv-it, The Tyre Lounge u l-Enemed, sponsorjaw l-avveniment.

 

Miktub minn...
TVM Sport