Motorsport
Motorsport – Le Mans: Kobayashi jpoġġi lit-Toyota fil-pole proviżorju

Kamui Kobayashi poġġa lit-Toyota fil-pole position proviżorju għat-tellieqa ta’ Les Mans. It-Toyota huma ċ-champions renjanti u allura jridu jiddefendu t-titlu li rebħu s-sena li għaddiet b’Alonso, Nakajima u Buemi.

Il-Ġappuniż Kobayashi għandu fit-tim miegħu lill-Britanniku Mike Conway u lill-Arġentin Jose Maria Lopez, u għamel l-aħjar ħin ta’ tliet minuti, 17.161 sekondi. Aktar tard matul is-sessjoni, il-Brittaniku Conway kellu inċident frontali mal-karozza tal-Messikan Roberto Gonzalez wara li dan tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu.

It-tim SMP Racing kienu t-tieni l-aktar veloċi, bir-Russu Egor Orduzhev jidħol 0.472 sekondi wara Kobayashi.

Ir-Rebellion Racing, permezz tal-Franċiż Thomas Laurent kienu t-tielet l-aktar veloċi, ftit aktar minn żewġ sekondi distakk minn Kobayashi.

Il-Ħamis isiru l-aħħar żewġ sessjonijiet għall-pole position, bis-87 edizzjoni tal-Le Mans tibda nhar is-Sibt u tibqa’ sejra sal-Ħadd, bit-Toyota jittamaw li jżommu t-titlu.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Citroen irtiraw mill-World Rally Championship wara li Sebastien Ogier ħabbar li ser iħalli lit-tim. Ogier kellu ħafna suċċessi mas-Citroen, tant li magħhom rebaħ diversi kampjonati tar-Rally. Mat-tħabbira tal-irtirar t’Ogier, Citroen…

Motorsport

Moto GP: L-Ispanjol Marc Marquez ingħata l-Midalja tar-rebħ tal-kampjonat mondjali 2019 f’ċerimonja li saret f’Valencia fi Spanja. Ftit sigħat wara li Marquez rebaħ it-tnax-il tellieqa tal-istaġun, hu kien mistieden jitla’…

Motorsport

Il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru, il-Federazzjoni Maltija għal-Motorsport (MMF) organizzat il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha ġewwa lukanda ewlenija fil-Furjana. Il-President tal-Federazzjoni, is-Sur Tonio Cini waqt il-qari tar-rapport annwali, rrimarka li matul is-sena…

Aktar