Motorsport
Motorsport: Nasser Al-Attiyah iżomm l-ewwel post fir-Rally tal-Marokk

Wara t-tieni stadju tar-Rally tal-Marokk, Nasser Al-Attiyah tal-Qatar żamm postu fil-quċċata tal-klassifika fuq it-Toyota Hilux. Fl-istadju li sar qrib Fes, il-Marokk, iċ-champion tar-Rally ta’ Dakar żamm fuq quddiem, b’Stephane Peterhansel, rebbieħ ukoll tal-istess rally, qiegħed jieħu sehem fil-Marokk.

Anke l-ex-champion tal-Formula 1 Fernando Alonso qiegħed jikkompeti fir-Rally tal-Marokk imma bħalissa jinsab fid-9 post fil-klassifika, bl-Ispanjol qiegħed jipprepara biex is-sena d-dieħla huwa wkoll jieħu sehem fir-Rally ta’ Dakar.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Is-sewwieq mill-Afrika t’Isfel Giniel de Villiers rebaħ ir-Rally tal-Marokk 2019 wara sfida qawwija mal-Ispanjol Carlos Sainz. Fl-aħħar stadju ta’ dan ir-Rally de Villiers kellu mal-4 minuti distakk minn ma’ Sainz…

Motorsport

L-Ispanjol Carlos Sainz u l-Portugiż Paulo Goncalves rebħu l-kategoriji rispettivi tagħhom fir-raba’ stadju tar-Rally tal-Marokk li sar matul il-ġurnata tat-Tlieta. Fil-kategorija tal-karozzi, Carlos Sainz spiċċa l-istadju f’ħin ta’ 3 sigħat…

Motorsport

Is-Sibt 28 ta’ Settembru, l-Old Motors Club Malta, organizza riċeviment għall-membri tiegħu u mistiedna oħra distinti kemm Maltin kif ukoll ħbieb tal-klabb minn Sqallija. L-Old Motors Club twaqqaf fl-1989 u…

Motorsport

Is-sewwieq Spanjol Marc Marquez kellu jittieħed l-isptar wara li ħabat bil-mutur fuq iċ-ċirkwit ta’ Buriram. Marquez kien qiegħed idur waqt l-ewwel provi liberi, meta ħabat u deher evidenti li weġġa’…

Aktar