Motorsport
Motorsport: Neville Ciantar jikkompeti b’suċċess f’ULTRA4 Europe – King of Spain f’Les Comes fi Spanja

Is-sewwieq Malti u membru ta’ l-All Wheel Drive Club Malta, Neville Ciantar ikkompeta b’suċċess f’ULTRA4 Europe – King of Spain ġewwa Les Comes fi Spanja.

Ciantar, permezz tat-tim tiegħu, Nusu Off-Road Racing Team li hu kompost mit-tifel tiegħu Lee Ciantar bħala co-driver, Brian Agius, Thomas Tanti u Charlene Ciantar ikkompeta kontra 34 tim ieħor minn madwar d-dinja.

Nusu Off-Road Racing Team spiċċaw fil-ħames post b’għoxrin punt biss wara il-Franċiżi Cedric Porcher u Noel Herve li spiċċaw fit-tieni post.

It-tellieqa ġiet mirbuħa mill-Brittaniċi Jim Marsden u Steve Grant.

Il-kampjonat Ultra 4 ser ikompli bil-King of France li ser isir f’ Vallee Bleu ġewwa Franza bejn il 21 u 23 ta’ Ġunju.

Miktub minn...
TVM Sport