Motorsport
Motorsport: Nicky Gauci fiċ-ċirkwit ta’ Adria għar-Rotax Max Challenge Euro Trophy

Nicky Gauci, sewwieq tal-go karts u membru tal-Karting Club Malta, jinsab fiċ-ċirkwit internazzjonali ta’ Adria fl-Italja, biex jikkompeti fir-Rotax Max Challenge Euro Trophy.

Għal dan l-avveniment hemm 138 sewwieq reġistrati u 53 minnhom ser jikkompetu fl-istess klassi ta Gauci, il-Klassi Rotax Max 125 Senior. It-53 sewwieq huma ġejjin minn 25 pajjiz differenti.

Iċ-ċirkwit ta Adria huwa wieħed popolari fin-naħa ta fuq ta l-Italja għax jospita kemm karozzi, muturi u go karts. It-trakk tal-karozzi hija twila 2702 metri, tal-muturi 2657 metru u tal go karts, 1300 metru.

Gauci huwa l-unika sewwieq Malti f’din il-kompetizzjoni prestigjuza.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Jonathan Rea rebaħ it-tappa tal-kampjonat mondjali tas-Superbikes li saret Moorland Aragon biex estenda l-vantaġġ tiegħu fil-klassifika overall. Rea telaq mit-tieni post u nqabeż fl-ewwel dawra minn Scott Redding b’Michael Rinaldi…

Is-sewwieq tal-karting Gianluca Dingli irritorna minn Lonato fejn il-Ħadd li għadda kkompeta fit-tielet rawnd tal-kampjonat Rok Cup Italia. Dingli kkompeta fil-klassi Super Rok li kienet tikkonsisti minn 14 il-sewwieq minn…

Il-Ġappuniż Takuma Sato rebaħ l-Indianapolis 500 għat-tieni darba f’temp t’erba’ snin, biss din id-darba temm it-tellieqa taħt superviżjoni wara li kien hemm ħabta. Matul it-tellieqa Sato kellu taqtiegħa kontinwa ma’…

Indycar 500: Id-darbtejn Champion tad-Dinja tal-Formula 1 l-Ispanjol Fernando Alonso għada se jerġa’ jipprova jirbaħ il-tellieqa Indianapolis 500 fit-tielet tentattiv tiegħu. Jekk Alonso jirnexxielu jirbaħ l-Indy 500 għada, hu jsir…

Aktar