Motorsport
Motorsport: Organizzat il-ħames rawnd tal-kampjonat nazzjonali tal-Hillclimb

Il-Ħadd li għadda, l-Island Car Club organizza il-ħames rawnd tal-kampjonat nazzjonali tal-Hillclimb, fit-telgħa ta’ Dawret il-Mellieħa magħrufa mad-dilettanti bħalha Ta’ Pennellu.

‘Il fuq minn ħamsin karozza f’diversi gruppi u klassijiet differenti inkitbu għal dan ir-rawnd.

L-ewwel klassi ta’ grupp sitta ntrebħet minn Kenneth Camilleri, it-tielet klassi ta’ grupp sitta intrebħet minn Fabio Baldacchino, ir-raba’ klassi ta’ grupp sitta ntrebħet minn Darren Camilleri, ir-raba’ klassi ta’ grupp ħamsa ntrebħet minn Kurt Camilleri, it-tielet klassi ta’ grupp ħamsa ntrebħet minn Keith Camilleri, it-tieni klassi tal-grupp ħamsa intrebħet minn Domenic Zammit filwaqt li l-ewwel klassi ta’ grupp ħamsa intrebħet minn Matthew Gatt.

Joseph Cutajar rebaħ it-tielet klassi tal-grupp erba filwaqt li Noel Galea rebaħ it-tieni klassi ta grupp tlieta, Warren Sammut rebaħ ir-raba klassi ta grupp tlieta u Johann Spiteri rebaħ it-tielet klassi ta grupp tlieta. Steve Baldacchino rebaħ il-ħames klassi ta grupp tlieta. Fit-tieni grupp sibna lil, Chris Aquilina, Renato Farrugia, Charlie Cutajar u Mario Galea li rebħu il-ħames, ir-raba, it-tielet u it-tieni klassi rispettivament. Peter DeGiorgio u Andrea Scicluna rebħu il-klassijiet guest u autocross.

L-aħjar ħin f’dan ir-rawnd kien dak ta Kurt Camilleri, ħin ta 44.780 sekondi b’hekk Camilleri għal-ewwel darba gie dikjarat bħalha ir-rebbieħ ta rawnd tal-kampjonat tal-Hillclimb. Jidher illi il-karriera ta Camilleri qabdet ritmu tajjeb wara li ftit tal-ġimgħat ilu kiseb podju fil-Hillclimb Masters ġewwa Gubbio fl-Italja. Ir-rawnd illi jmiss ser isir nhar il-Ħadd 11 ta ‘Novembru fit-tela tal-Ġnejna.

 

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Jonathan Rea rebaħ it-tappa tal-kampjonat mondjali tas-Superbikes li saret Moorland Aragon biex estenda l-vantaġġ tiegħu fil-klassifika overall. Rea telaq mit-tieni post u nqabeż fl-ewwel dawra minn Scott Redding b’Michael Rinaldi…

Is-sewwieq tal-karting Gianluca Dingli irritorna minn Lonato fejn il-Ħadd li għadda kkompeta fit-tielet rawnd tal-kampjonat Rok Cup Italia. Dingli kkompeta fil-klassi Super Rok li kienet tikkonsisti minn 14 il-sewwieq minn…

Il-Ġappuniż Takuma Sato rebaħ l-Indianapolis 500 għat-tieni darba f’temp t’erba’ snin, biss din id-darba temm it-tellieqa taħt superviżjoni wara li kien hemm ħabta. Matul it-tellieqa Sato kellu taqtiegħa kontinwa ma’…

Indycar 500: Id-darbtejn Champion tad-Dinja tal-Formula 1 l-Ispanjol Fernando Alonso għada se jerġa’ jipprova jirbaħ il-tellieqa Indianapolis 500 fit-tielet tentattiv tiegħu. Jekk Alonso jirnexxielu jirbaħ l-Indy 500 għada, hu jsir…

Aktar