Motorsport
Motorsport: Organizzat il-ħames u l-aħħar rawnd tal-kampjonat Enemed National Hillclimb

Il-Ħadd 8 ta’ Diċembru ġie organizzat il-ħames u l-aħħar rawnd tal-kampjonat Enemed National Hillclimb Championship, organizzat mill-Island Car Club ġewwa it-telgħa tal-Imtaħleb, limiti tar-Rabat.

Il-kampjonat tal-hillclimb u l-ICC, il-klabb li jorganizzah għandhom l-itwal storja fil-motorsport ta’ pajjiżna.

Madwar 30 karozza ikkompetew fid-diversi klassijiet tal-kampjonat. Charles Cutajar fuq Escort Mk1 rebaħ il-klassi Rear Wheel Drive, Didier Bugeja fuq Peugeot 106 rebaħ il-klassi Front Wheel Drive.

Fuq karozzi formula fit-tielet post spiċċa Mauro Portelli, fit-tieni post spicca Darren Camilleri u Fabio Baldacchino fl-ewwel post b’ħin ta 61.31 sekonda.

Spikkat il-prestazzjoni tas-sewwieq żgħażugħ Nicky Gauci li ġħalkemm diġa ġħandu warajħ karriera fil-go karts mar tajjeb ħafna fl-ewwel esperjenza tiegħu fil-hillclimb.

Gauci spiċċa fit-ħames post u tlieta mill-erbgħa kompetituri li ġew qablu kellhom magni b’aktar potenza.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Il-Malta Motorsport Federation (MMF) organizzat Laqgħa Ġenerali Straordinarja fl-aħħar ġimgħa ta’ Lulju biex jimtlew il-karigi li kienu battala ta’ Teżorier u Viċi-Segretarju. Matul l-EGM, għadd ta’ emendi għall-istatut tal-MMF ġew…

Motorsport

Il-Portugiż Antonio Felix da Costa rebaħ il-kampjonat dinji anki jekk fadal żewġ rawnds x’jinstaqu. Da Costa spiċċa fit-tieni post fir-raba’ tellieqa tas-sitt staġun tal-Formula E fiċ-ċirkwiet ta’ Tempelhof fil-Ġermanja. Is-sewwieq…

Motorsport

Iċ-champion renjanti Jonathan Rea tela’ fl-ewwel post tal-klassifika overall tal-kampjonat dinji tas-super bikes bit-tieni rebħa fit-tielet rawnd fiċ-ċirkwiet ta’ Autodromo Internacional ta’ Algarve. Rea kien diġà naqqas id-distakk minn mal-leader…

Motorsport

Is-sewwieq Malti Gianluca Dingli ikkompeta fl-ewwel tiġrija uffiċjali fis-sitt sena tiegħu fil-Kampjonat Taljan organizzat mill-ACI Sport. L-ewwel rawnd sar fiċ-ċirkwit internazzjonali ta’ Triscina fi Trapani. Dingli kkompeta fil-klassi Senior X30…

Aktar